Lokali
Jitkellem il-Libjan li qabeż għat-tfajjel Ċiniż f’Tas-Sliema – sentejn ilu salva mara fl-istess post

Libjan li jgħix Malta qal lil Television Malta li ħassu mweġġa’ bil-kummenti tan-nies wara li waslu għal konklużjonijiet żbaljati fil-każ tas-salvataġġ mill-baħar f’nofs din il-ġimgħa.

F’kummenti maċ-ċentru tal-aħbarijiet, Majed Shahin qal li huwa ma kienx mat-tfajjel Ċiniż li waqa’ l-baħar, iżda kien l-ewwel wieħed li qabeż biex jgħinu u kważi spiċċa tilef ħajtu.

Sejħilha trawma li qatt m’hi se titlaq minn quddiem għajnejh. Majed Shahin, il-Libjan ta’ 37 sena li filli kien qed jiekol f’wieħed mill-istabbilimenti li ta’ sikwit ikun fihom, u filli tersaq fuqu tifla ċkejkna imbikkma tistaqsi għall-għajnuna.

B’qatgħa fuqu meta lemaħ tifel wiċċu ‘l isfel f’baħar imqalleb, Majed segwa l-istint u qabeż biex isalvah. Majed qal li sentejn ilu stess kien salva mara minn għarqa fl-istess post, u jħoss li għadu lanqas jista’ jemmen li l-istorja rrepetiet ruħha b’mod li seta’ spiċċa fatali.

“So when I see the young guy in the sea and I decide to jump to him, and I swam to him, I did till I get him, like a while, but at that time there was no light, there was no help, and the waves take us, like, inside, so like we didn’t have another chance till we find someone like God, he saved us, or someone coming to save us, because we tried many times, but we couldn’t cause the waves were so strong,” fisser Majed.

Majed qal lil Television Malta li wara li ħareġ mill-isptar u min dik it-trawma ħass weġgħa oħra meta rrealizza li n-nies kienu qed jassumu u jistaqsu ħafna domandi dwaru u dwar it-tfajjel Ċiniż.

“A friend of mine who was a witness here, they texted me and told me there are comments… there were like people asking why the police didn’t take action against me, an investigation why I was with the Chinese boy that time in the sea.”

Minkejja kollox, Majed qal lil Televison Malta li għalkemm kien hemm mumenti li ħasbu se jmut ma jiddispjaċihx li għamilha u li kieku jerġa’ jiltaqa’ ma’ inċident simili ma jistax ma jagħmel xejn.

“For me it’s like slow motion, the life it was very short… this is my end, this is my destiny, so everyone has his hour and his time, and I thought ‘This is my time’, cause everything was so slow, so I was thinking about my family, how will they hear the news? It was a strange feeling,” qal Majed.

Stqarr li jekk jerġa’ jsib ruħu fl-istess sitwazzjoni, m’għandux dubju x’jagħmel. “I will do it again if I could, we are human, like imagine your brother or your sister in that situation, I mean that’s how we are, we have dignity from the humanity, if we don’t have humanity we don’t have value.”

Ara wkoll:

ARA: Jaqbeż f’baħar imqalleb u jsalva tfajjel ta’ 14 mill-għarqa f’Tas-Sliema

Ara: “Neħħejt il-ħwejjeġ u tirt għal ġol-baħar…bżajt li se jmutli f’idejja” – Sean Meli

“Ħija kważi tilef ħajtu…huwa wkoll qabeż il-baħar biex isalva lit-tfajjel”