Kronaka
Jitlef €7,300 u jeħel multa ta’ €4,300 wara li nqabad iġorr iżjed flus milli suppost

Uffiċjali tad-Dwana Maltija kkonfiskaw €7,300 mingħand passiġġier Libjan li kien se jaqbad titjira lejn Istanbul mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

L-uffiċjali waqqfu lill-passiġġier u għamlulu tiftixa, li rriżultat f’sejba ta’ €17,300 f’diversi denominazzjonijiet u muniti.

L-ammont massimu permessibbli mil-liġi mingħajr il-bżonn ta’ dikjarazzjoni; ċioe €10,000, ngħata lura lill-passiġġier, u l-kumplament ġie kkonfiskat.

Ir-raġel ammetta l-akkużi quddiem il-Qorti, fejn minbarra li €7,300 baqgħu kkonfiskati, ir-raġel kien immultat ukoll €4,325.

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Studju internazzjonali wera li l-każi li l-kanċer tal-għonq tal-utru qegħdin jonqsu drastikament tant li hu maħsub li din il-marda tista’ tiġi eradikata. Dan huwa grazzi għat-tilqima li tingħata lit-tfajliet kontra…

Tfal

Skont l-aġenzija appoġġ, madwar mitt tifel u tifla ngħataw għall-kura għand foster carers wara talba mill-ġenituri tagħhom stess minħabba li spiċċaw f’diffikultajiet fosthom mard serju jew spiċċaw bla saqaf fuq…

Edukazzjoni

L-edukazzjoni ma tieqafx mal-età obbligatorja! Id-Direttorat tat-Tagħlim Tul il-Ħajja beda jilqa’ applikazzjonijiet mingħand adulti li fis-sena skolastika li jmiss jistgħu jsegwu xi wieħed minn 450 kors, kemm f’oqsma akkademiċi kif…

Kronaka

Il-Pulizija jidher li tinsab viċin li ssolvi omiċidju li jmur lura ħdax-il sena. Il-każ jitratta tfajla li ilha rappurtata nieqsa mill-2008 u minn investigazzjonijiet li saru fl-aħħar jiem irriżulta li…

Aktar