Kronaka
Jitlef ħajtu wara li ġie mrassas bejn żewġ karozzi l-ġimgħa l-oħra

Sewwieq ta’ mutur li l-ġimgħa l-oħra kien involut f’inċident tat-traffiku fl-Imsida miet illum fl-isptar Mater Dei għall-ħabta tas-13:30.  Mark Vassallo tilef il-battalja kontra l-mewt wara li ġie mrassas bejn żewġ karozzi l-ġimgħa l-oħra x-xatt tal-Imsida.

Vassallo, li kien mill-Imsida, kellu 53 sena u kien miżżewweġ lill-attriċi Moira Muscat.  Għal xi żmien hu kien impjegat tal-Public Broadcasting Services bħala direttur tal-programmi tat-TV.

Ara wkoll:

Sewwieq ta’ mutur fil-periklu tal-mewt wara inċident fl-Imsida

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Id-Dwana fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta waqfet passiġġier li kellu fuqu €34,220 fi flus kontanti mhux iddikjarati. Il-passiġġier kien sejjer l-Amman. Meta kien mistoqsi minn uffiċjal tad-Dwana dwar kemm kellu flus,…

Lokali

Studenti u żgħażagħ Għawdxin ta’ bejn is-16 u l-20 sena jistgħu jerġgħu japplikaw għall-iskema ‘work trial scheme for youths’ li permezz tagħha jgawdu minn ħlas ta’ €85 fil-ġimgħa għal total…

Qorti

Raġel ta’ 28 sena mix-Xagħra tressaq il-Qorti akkużat li f’diversi ġranet bejn il-15 u s-17 ta’ Ġunju 2019, f’diversi postijiet ġewwa l-gżira t’Għawdex, hedded, żamm persuna kontra l-volontà tagħha, u kiser…

Qorti

Joel Portelli ta’ 28 sena mir-Rabat Għawdex kien illiberat wara li kien akkużat li f’Awwissu 2017 ħebb għal martu u kkaġunalha feriti gravi. Kien akkużat ukoll li insulenta u hedded…

Aktar