Kronaka
Jitlef ħajtu wara li waqa’ minn għoli fil-Gżira

Raġel tilef ħajtu wara li waqa’ minn xi għoli fil-Gżira.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3am fi Triq Sir Hildebrand Oakes, il-Gżira.

Ir-raġel min-Netherlands ta’ 24 sena waqa’ għoli ta’ madwar seba’ sulari minn gallarija ta’ appartament.

Ir-raġel sfortunatament ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Yana Micallef Stafrace li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.

Aħbarijiet Oħra
Settur Marittimu

Il-kumpanija Valletta Cruise Port li tmexxi t-terminal tal-passiġġieri tal-cruise-liners u faċilitajiet oħra fil-Port il-Kbir qed tieħu miżuri favur l-ambjent biex tikseb ċertifikazzjoni ta’ port ekoloġiku. Intervistat minn TVM, il-Kap Eżekuttiv…

Knisja Maltija

L-Arċisqof Charles J. Scicluna appella għar-rispett lejn id-dinjità tal-mara waqt quddiesa li fiha talab biex terġa’ tinfetaħ il-kawża għall-beatifikazzjoni ta’ Adelaide Cini, li qal l-eżempju ta’ ħajjitha u l-ħidma li…

Qorti

Il-Qorti Kostituzzjonali laqgħet ir-rikors tal-Ministri Edward Scicluna, Konrad Mizzi u Chris Cardona biex ma jixhdux f’kawża kostituzzjonali iżda fi żmien jumejn iridu jippreżentaw s-silta minn fejn ikkwotaw ir-rapport tal-inkjesta Egrant…

Budget

Il-Ministru għall-Finanzi, Edward Scicluna qal li l-Budget ippreżentat ilbieraħ u r-reazzjoni ġenerali għalih huma turija li l-Gvern hu konxju tal-isfidi, l-opportunitajiet u l-ħtiġijiet tan-nies. F’konferenza tal-aħbarijiet l-għada tal-Budget, il-Ministru Scicluna…

Aktar