Barranin
Jitlef ħajtu x-xufier tal-minibus li waqa’ f’Capri

Għadd ta’ midja Taljani, fosthom Rai Radio1, ħabbru li s-sewwieq tal-minibus li waqa’ f’Capri tilef ħajtu. Mal-20 persuna ndarbu, u l-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa.

Għall-ħabta tal-11.30am minibus li kien ippakkjat bin-nies waqa’ tefgħa ta’ ġebla bogħod mill-bajja ta’ Marina Grande f’Capri fin-naħa t’isfel tal-Italja. S’issa, għadu mhux magħruf x’wassal għal dan l-inċident.

Intant, Sky TG24 qed jirrapporta li l-minibus waqa’ għoli ta’ madwar 20 metru.