Lokali
Jitlesta r-restawr tal-faċċata u l-kampnar tal-Knisja ta’ San Ġużepp f’Santa Venera

Mibnija f’waħda mit-toroq arterjali l-knisja ta’ San Ġużepp f’Santa Venera li għandha rabta mill-qrib ma’ San Ġorġ Preca għadha kif għaddiet minn programm ta’ restawr tal-faċċata u l-kampnar li sar mid-Direttorat tar-Restawr, wara li l-kunsill lokali Vendriż ressaq il-proġett għall-iskema ta’ restawr maħruġa għall-kunsilli lokali. Kif spjega l-Perit Jean Frendo, ix-xogħol mal-faċċata sar kollu bl-idejn u b’teknika biex ma jintilef xejn mill-oriġinalità tagħha.

“Ħsibna li ma kienx hemm ħafna ħsara però meta ġejna fuq l-armar indunajna li kien hemm din il-qoxra sewdenija mal-lavur speċjalment anke mal-gwarniċuni. L-iktar sfida li kellna kienet kif innadfu l-faċċata mingħajr ma nneħħu l-patina taż-żmien. Għalhekk użajna impakki b’kimika apposta u dawn għamilniehom f’kuntatt mal-ġebla għall-perjodu ta’ ħin biex b’hekk kienu qed jassorbixxu l-ħmieġ u b’hekk tnaddfet mingħajr ma tlifna l-materjal oriġinali. Bdilna wkoll il-balavostri tal-kampnari u xi ġebel immermer u bdilna wkoll is-salib li kien tal-konkrit, li ma kienx is-salib oriġinali, u għamilna wieħed tal-ġebel li huwa pariġġ għall-epoka ta’ meta nbniet il-kappella fl-1906.”

L-ispiża għal dan ir-restawr laħqet kważi s-sittin elf ewro. Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali u l-Gvern Lokali Jose Herrera, waqt żjara fuq il-post, qal li li l-ministeru qed jaħdem fuq skema oħra ta’ dan ix-xorta u ser titnieda dalwaqt sabiex ikunu jistgħu jsiru aktar proġetti ta’ restawr fil-lokalitajiet skont ix-xewqa tal-kunsilli tagħhom.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Maħżen tal-festa nbidel fi klassi fi proġett biex il-prattika ta’ snajja tradizzjonali li jispikkaw fil-festi Maltin tintiret u ma tmutx. Il-proġett tmexxa mill-Għaqda Mużikali Sant’ Andrija ta’ Ħal Luqa, li…

Infrastruttura

Inkonvenjent li ilu snin jurta lill-Birżebbuġin se jiġi indirizzat bi proġett li Infrastructure Malta qalet se tibda fi tmiem dan is-sajf. Il-proġett hu maħsub li jtaffi l-problema tal-għargħar, ikkawżata mill-baħar…

Lokali

Mil-lejla bdew jiġu organizzati l-pellegrinaġġi fl-okkażjoni tal-festi tal-ibliet u l-irħula li se jibqgħu għaddejjin sat-8 ta’ Diċembru meta tiġi ċċelebrata l-Kunċizzjoni f’Bormla. Illejla, tliet lokalitajiet qed jorganizzaw dawn il-pellegrinaġġi: Ħal…

Tradizzjonijiet

Jumejn ‘il bogħod mill-Jum Internazzjonali tal-Bizzilla, grupp ta’ persuni nġabru fil-Mużew Nazzjonali tal-Etnografija, fil-Palazz tal-Inkwizitur il-Birgu, biex jaħdmu bizzilla tradizzjonali Maltija. Jekk hemm xi impressjoni li l-arti tradizzjonali tal-bizzilla qed…

Aktar