Lokali
Jitlesta r-restawr tal-ġenb tal-Knisja taż-Żejtun wara stennija twila

Il-Parroċċa taż-Żejtun inawgurat ir-restawr ma’ wieħed mill-ġnub tal-Knisja li kien ilu ħafna biex isir sakemm il-paroċċa sabet l-għajnuna tad-direttorat tar-restawr.

Għaż-Żwieten il-knisja Parrokkjali tagħhom iqisuha bħala l-katidral tal-Lvant, u kapolavur arkitettoniku tal-Perit Lorenzo Gafa.

Ir-restawr ta’ 890 metru kwadru fuq ħajt tal-ġenb tal-Knisja Parrokkjali taż-Żejtun kien ilu għaddej disa’ xhur u sewa kważi mitt elf ewro.

Il-Perit Daphne Fenech mid-direttorat tar-restawr tal-Ministeru tal-Kultura qalet li r-restawr kien jinvolvi bosta interventi kemm fuq il-ġebel kif ukoll fuq il-lavur.

“Ir-restawr huwa proċess delikat u bħal kwalunkwe ħaġa hemm ukoll opinjonijiet ta’ diversi esperti li jridu jieħdu iż-żmien tagħhom biex jiddiskutu u fl-aħħar mill-aħħar noħorġu bi proposta aktar xierqa beix aħna nkunu nistgħu nwettqu ix-xopgħol ta’ restaw b’mod iktar etiku u bl-aħjar mod biex aħna nikkonservaw ġawhar arkitettoniku bħal ma hi din il-knisja,” qalet il-Perit Fenech.

L-Arċipriet Nicholas Pace qal li kien hemm xi ftit tad-dewmien minħabba li, fost oħrajn, għall-ewwel ma kienx hemm kunsens dwar il-mod li kellu jsir ir-restawr. Stqarr li issa iħossu sodisfatt li l-proċess intemm b’wiċċ il-ġid.

“Il-komunità taż-Żejtun ma kienitx taċċettah, għax kienet tgħid inti kif qlajt il-kisi u issa se terġa’ tagħmlu… u ħafna nies fiż-Żejtun li jifhmu… mhux qed tagħmliha m’a Ċikku l-poplu, int qed tagħmilha man-nies tas-sengħa, u kulħadd iwaqqfek, jgħidulek ‘isma dik għax ma tagħmulhuwiex hekk’,” fisser l-Arċipriet.

Il-Ministru tal-Kultura, Owen Bonnici, qal li l-Gvern għen biex il-proċess ta’ restawr ta’ dik li ddeskriva bħala ġawhra barokka fiż-Żejtun issir realtà.

Dr Bonnici qal li l-intervent li sar huwa eżempju ċar tax-xogħol biex ikun hemm konservazzjoni ta’ binjiet ta’ valur storiku, għaliex qal li r-restawr m’għandux isir biss fis-swar u l-palazzi fil-belt Valletta.

Aħbarijiet Oħra
Lifestyle

It-tradizzjoni tal-ġostra għall-komunità Misidjana hija appuntament annwali li jaħbat mal-festa ta’ San Ġużepp. Mixgħula u mżejna għall-festa tal-patrun tagħha, matul din il-ġimgħa f’din il-lokalità saru l-kompetizzjonijiet tal-ġostra, li d-drawwa tagħha…

Lokali

Esperjenza unika u differenti minn tas-soltu għal Christine Borg u Tonio Mercieca, żewġ residenti tad-Dar tal-Providenza b’diżabilità fiżika li jgħixu f’Dar Akkwarell fil-Qawra. Is-Sibt filgħodu Christine u Tonio marru dawra…

Immigrazzjoni

Wara li fl-aħħar ġimgħat inqalgħu batibekki bejn l-awtoritajiet Maltin u Taljani dwar l-immigrazzjoni, TVM stħarreġ is-sentiment tat-Taljani li qed jaħdmu f’Malta. Mindu ġie elett il-Gvern ċentru lemini Taljan kważi erba’…

Kronaka

Tliet membri mit-tim mediku mid-Dipartiment tal-Emerġenza ta’ Mater Dei sfaw aggrediti minn ġuvni Libjan waqt li kienu qed jassistu żewġ persuni li kellhom bżonn l-assistenza medika. Il-ġuvni ġie arrestat mill-Pulizija…

Aktar