Lokali
Jitlesta x-xogħol fil-berġa ta’ Ħ’Attard

Wara xogħlijiet fuq il-bereġ ta’ Ħaż-Żebbuġ, il-Pietà u x-Xewkija tlesta wkoll ix-xogħol fil-berġa ta’ Ħ’Attard. Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne qal minn din il-berġa minbarra s-servizzi tradizzjonali ta’ tabib u infermier se jibdew jingħataw erba’ servizzi ġodda, fosthom is-servizzi tas-saħħa mentali u tal-podjatrija. Se jibdew jingħataw ukoll servizzi tal-patoloġija tal-lingwa mitkellma u l-istil ta’ ħajja sana.

Dr Fearne qal li iktar importanti mit-tisbiħ li sar fil-berġa ta’ Ħ’Attard huma s-servizzi li se jingħataw mhux biss lil madwar ħdax-il elf residenti fil-lokalità imma anke lir-residenti tal-madwar li jammontaw għal iktar minn 26,000 ruħ. Huwa żied jgħid li l-kura primarja hija s-sinsla tas-servizzi tas-saħħa u huwa għalhekk li dan is-settur qed jingħata l-importanza li tixraqlu.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Shamison Stafrace minn Bormla tressaq il-Qorti akkużat b’hold up f’ħanut f’Raħal Ġdid fis-16 ta’ April li għadda. Il-Pulizija xlietu b’serq aggravat, li żamm persuna kontra l-volontà tagħha u li fera…

Mużika

Jumejn konsekuttivi ta’ kunċerti b’xejn fuq il-Fosos tal-Floriana b’inizjattiva tal-Awtorità tat-Turiżmu: għada mill-kantant tal-band Ingliża Oasis, Liam Gallagher, . . . u llejla mill-BBC Concert Orchestra b’kunċert ta’ mużika klassika…

Immigrazzjoni

Il-Partit Nazzjonalista qal fi stqarrija li l-Gvern qed ikompli juri li m’għandux pjan bil-politika tiegħu ta’ immigrazzjoni qawwija. Qal li sejbiet bħal ta’ dalgħodu fil-Marsa huma prova ta’ immigranti li…

Infrastruttura

Il-Kamra tar-Rappreżentanti approvata riżoluzzjoni biex jinbidlu kundizzjonijiet f’kuntratti li kienu saru bejn il-Gvern u l-kumpanija Fortel – sid tal-lukanda Fortina fis-snin disgħin u fis-sena 2000. Ir-riżoluzzjoni kienet approvata wara li…

Aktar