Toroq
Jitlesta x-xogħol fuq Triq il-Ħamrija fix-Xewkija, Għawdex

Tlesta x-xogħol fuq Triq il-Ħamrija fix-Xewkija Għawdex, bħala parti mill-proġett ta’ bini ta’ toroq ġodda. Ix-xogħol f’din it-triq b’tul ta’ kilometru kien wieħed estensiv u nbidlet mill-qiegħ b’pedamenti u servizzi ġodda nklużi l-bankini u pjan għall-immaniġġjar tat-traffiku.

Waqt żjara fuq il-post, il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana qalet li x-xogħol f’din it-triq jikkumplimenta proġetti oħra li diġà saru fix-Xewkija. Ħabbret li ġiet ippubblikata sejħa għall-offerti biex il-bankini fil-qasam tad-djar tal-Ħamrija fix-Xewkija jsiru mill-ġdid.

Hekk kif tlesta x-xogħol fuq Triq il-Ħamrija beda dak fi Triq l-Imġarr fin-Nadur u ġie ippubblikat ukoll it-tender għal Triq Marsalforn, triq b’tul ta’ 4 kilometri.

 

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Raġel ta’ 43 sena minn Ħal Tarxien ġie kkundannat 18-il xahar ħabs u mmultat ħames mitt ewro wara li ġie akkużat bi traffikar u pussess ta’ droga u li huwa…

COVID-19

Minn nhar il-Ġimgħa li għadda reġgħu bdew isiru l-funerali taħt għadd ta’ direttivi differenti. Fost id-direttivi hemm li l-funerali jistgħu jsiru fil-miftuħ bħal f’ċimiterji jew fuq iz-zuntier tal-knisja, jew fi knejjes…

Solidarjetà

Il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) tat donazzjoni ta’ €13,000 lill-Ministeru għas-Saħħa għall-ħidma u dedikazzjoni kollha li saret biex titwaqqaf l-imxija tal-Covid-19 f’Malta u Għawdex. Id-Deputat Prim Ministru u Minsitru għas-Saħħa…

Aktar