Lokali
Jitlob bil-ħniena lill-Qorti biex flok ħabs jintbagħat għall-kura

Curtis Bakoush, ta’ 28 sena mill-Belt, ġie akkużat li seraq handbag ta’ mara ta’ 58 sena fi Triq id-Dejqa, il-Belt.

Bakoush tressaq mill-Ispettur Priscilla Caruana Lee.

Huwa wieġeb mhux ħati tal-akkużi waqt li talab bil-ħniena lill-Qorti biex ma jinżammx il-ħabs, iżda li jintbagħat għall-kura fid-Drug Dependency Unit tal-Isptar Monte Carmeli.

L-akkużat qal li jixtieq jaqta’ darba għal dejjem il-problema tal-vizzju tad-droga għax qal li xeba’ jgħix ħajja ta’ drogat.

Il-Qorti laqgħet it-talba tiegħu.