Politika
Jitlob għal protezzjoni qawwija u effettiva

Id-Deputat Chris Cardona talab lill-Ispeaker jieħu passi wara li ma ġewx miċħuda rapporti fil-media dwar allegazzjonijiet ta’ frame-up fil-konfront tiegħu biex il-ħtija għall-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia tintefa’ fuqu. L-allegazzjoni jintqal li ssemmiet fl-aħħar laqgħa tal-kabinett, b’Dr Cardona ċaħadha u ddeskriviha bħala kalunja.

Id-Deputat Parlamentari Chris Cardona talab lill-Ispeaker tal-Parlament biex jingħata protezzjoni.

Dan wara li rapporti fil-media li la ġew miċħuda u lanqas konfermati li fihom intqal li fl-aħħar laqgħa tal-Kabinett li tlaqqgħet fil-lejl bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa ħareġ li seta’ kien qed jinħema frame-up fil-konfront tiegħu b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. L-istess rapporti qalu li kien hemm attentati biex il-ħtija ta’ dan l-omiċidju tintefa’ fuq Dr Cardona.

F’ittra lill-Ispeaker Anġlu Farrugia, Dr Cardona qal li b’differenza minn rapporti oħra ppubblikati dwar il-laqgħa tal-Kabinett, dawn l-allegazzjonijiet ma ġewx miċħuda.

Dr Cardona żied jgħid li lil hinn mill-konsiderazzjonijiet legali marbuta ma’ dan ir-reat ta’ kalunja fil-konfront tiegħu, l-istess reat hu attentat fuq il-funzjoni kostituzzjonali tiegħu bħala membru parlamentari. Wera l-fehma li kull attentat li jippreġudika u jattakka l-funzjoni kostituzzjonali ta’ membru parlamentari fil-qadi ta’ dmirijietu jirrikjedi azzjoni qawwija u effettiva, inkluż mill-Parlament. Għalhekk talab lill-Ispeaker biex il-funzjoni kostituzzjonali tiegħu tiġi mħarsa u jittieħdu passi.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg ħatar lill-Eks Kummissarju Ewropew Karmenu Vella bħala Konsulent dwar l-Avjazzjoni. Il-Ministru Ian Borg qal li Karmenu Vella għandu esperjenza vasta f’diversi setturi…

Lokali

B’investiment ta’ €4.2 miljun il-korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir bdiet il-proġett ta’ restawr tal-Ġnien tal-Mall fil-Floriana, li jinkludi fih 7,500 metru kwadru ta’ pavimentar ġdid. Il-Ministru għall-Infrastuttura u Proġetti Kapitali Ian Borg qal li…

Lokali

Peter, il-kelb tad-Dwana, irnexxielu jaqbad €16,500 flus kontanti mhux iddikjarati fuq passiġġier li kien sejjer Istanbul, fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Fi stqarrija, id-Dwana qalet li waqt l-iskrinjar tal-passiġġieri li kienu se…

Annimali

L-għaqda Nature Trust ħabbret li dalgħodu faqqsu 11-il fekruna oħra fil-bajja tar-Ramla l-Ħamra. Huma faqqsu li l-lejl ta’ qabel kienu diġà faqqsu 62 fekruna, fl-istess bajja. B’hekk issa b’kollox faqqsu 73…

Aktar