Qorti
Jitlob il-kustodja ta’ bintu li qed tgħix fi sptar mentali m’ommha

Raġel Malti talab lill-Qorti tal-Familja tagħtih il-kustodja ta’ bintu ta’ 4 snin li spiċċat tgħix fi sptar mentali fl-Iżvizzera flimkien m’ommha.

Il-Qorti semgħet kif l-omm, li hija Ġermaniża, kellha problemi mentali u kellha tiġi rikoverata fi sptar mentali ftit qabel welldet. Minn dak iż-żmien baqgħet tingħata l-kura f’dan l-isptar b’mod regolari u fit-tul.

Tul l-ewwel snin ta’ ħajjitha għalhekk it-tifla spiċċat tgħix f’dan l-isptar għall-kura mentali, f’ambjent li fil-fehma tal-missier mhuwiex ideali għal tifla ta’ età daqshekk żgħira.

Minkejja li l-awtoritajiet Svizzeri taw kustodja konġunta liż-żewġ ġenituri u stabbilixxew ġranet meta l-missier seta’ jara lill-bintu, huwa għażel li ma jużax dan l-aċċess għax ma qabilx mal-kundizzjonijiet.

Il-Qorti Maltija, ippreseduta mill-Imħallef Abigail Lofaro, qieset li t-tifla kienet qed tgħix fl-Iżvizzera u ma kellhiex rabta ma’ Malta, għajr dik taċ-ċittadinanza.

Qalet li għalhekk il-Qorti Maltija ma kellhiex ġurisdizzjoni biex tiddeċiedi dwar dan il-każ, għax huma biss l-awtoritajiet tal-pajjiż fejn qed tgħix it-tifla li jistgħu jiddeċiedu dwarha.

Aħbarijiet Oħra
Air Malta

Il-Ministru għat-Turiżmu, Konrad Mizzi qal li fil-jiem li ġejjin se jitħabbru riżultati finanzjarji pożittivi għal-linja nazzjonali tal-ajru. Fil-ftuħ tal-fiera annwali tal-ivjaġġar, l-AMITEX, il-Ministru qal li l-viżjoni tal-Gvern hi li l-Air…

Politika

Fi Brussell, kien hemm ukoll il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, li attenda għal-laqgħa tal-kapijiet tal-partiti membri tal-Partit Popolari Ewropew. Stqarrija tal-Partit Nazzjonalista kkowtat lil Dr Delia jgħid li jeħtieġ li…

Politika

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li r-realtà fid-drama dwar Brexit hi li jiġri x’jiġri, l-UE se tkun qed ittawwal il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE b’ġimgħa biss, għax jekk il-ġimgħa d-dieħla il-Parlament…

Sport

Sens kbir ta’ sodisfazzjon u arja ta’ festa fost il-kontinġent Malti li kkompeta fil-logħob dinji tal-Ispecial Olympics. It-28 atleta b’diżabbiltà intellettwali ġejjin lura Malta b’erbgħin midalja, 12 minnhom tad-deheb. L-atleti…

Aktar