Qorti
Jitlob l-għajnuna biex jeħles mill-vizzju tad-droga wara li tressaq akkużat b’serq

Żagħżugħ ta’ 27 sena minn Ħaż-Żabbar qed jistenna sentenza mill-Qorti skedata għal nhar it-Tlieta li ġej wara li fil-Qorti talab biex jingħata l-għajnuna ħalli jirriforma ruħu u jeħles darba għal dejjem mill-problema kbira li għandu ta’ droga.

Jehiel Falzon ammetta każ ta’ snatch and grab iktar kmieni dan ix-xahar f’Ħaż Żabbar stess minn fuq anzjana ta’ 66 sena u li ftit wara seraq minn karozza u li għamel ħsara fl-istess karozza.

Falzon ammetta wkoll li huwa riċediv. Quddiem il-Maġistrat Neville Camilleri, il-prosekuzzjoni qalet li l-akkużat ikkopera mal-pulizija.