Qorti
Jitlob li jinħeles mill-arrest biex ikun jista’ jħallas il-manteniment għat-tfal

Niġerjan ta’ 33 sena residenti Ħaż-Żebbuġ u li jaħdem bħala accounts clerk, tressaq il-Qorti akkużat li kkważa vjolenza psikoloġika fuq omm it-tfal tiegħu, biża’ li se tintuża vjolenza tagħha u li kiser ordni ta’ protezzjoni li l-Qorti kienet ħarġet favur l-eks mara tiegħu.

Huwa wieġeb li mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih bl-avukat difensur, Matthew Brincat jitlob għall-ħelsien mill-arrest b’kundizzjonijiet stretti għaliex qal li jekk l-imputat jitlef l-impjieg, ma jkunx jista’ jħallas il-manteniment tat-tliet itfal taħt il-11-il sena u ma jkollux lanqas aċċess għalihom.

Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Matthew Spagnol, oġġezzjonat għax hemm il-biża’ li jagħmel kuntatt mal-vittma, kien hemm każ li jinvolvi l-istess vittma fl-2015 u nkissret l-ordni ta’ protezzjoni.

Id-difiża talbet għal divjett fuq l-isem tal-akkużat fl-interess tat-tfal minuri. Il-prosekuzzjoni m’oġġezzjonatx.

Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Charimaine Galea ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest minħabba l-gravità tal-każ u anki għaliex l-akkuża hija waħda ta’ ksur ta’ ordni ta’ protezzjoni.

Il-Qorti ordnat li tinħareġ ordni ta’ protezzjoni oħra favur il-vittma sakemm jinstema’ l-każ.      

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Milied jiġi għal kulħadd u jferraħ bosta qlub. Żorna ċ-Centro Spero għal persuni nieqsa mid-dawl fejn ħassejna l-entużjażmu tal-persuni nieqsa mid-dawl li qed iħejji għal produzzjoni tal-Milied bi drama u…

Ekonomija u Finanzi

Statistika tal-Eurostat uriet li fl-2016, in-nefqa ta’ Malta f’għajnuniet soċjali kienet inqas mill-medja Ewropea. Fil-fatt Malta kienet f’sitt post mill-aħħar fost 28 pajjiż tal-Unjoni Ewropea li tonfoq fuq servizzi soċjali….

Brexit

Tkompli titħabbel il-kobba dwar Brexit wara li fl-aħħar jiem il-Prim Ministru Theresa May tidher li spiċċat b’idejha f’idejha meta ma kisbitx garanzija ta’ assigurazzjonijiet dwar il-fruntiera tal-Irlanda mill-mexxejja tal-Unjoni Ewropea….

Brexit

Il-korrispondent tal-BBC, Chris Morris, f’kummenti esklussivi lil Television Malta, stqarr li l-Prim Ministru Ingliża Theresa May s’issa għadha ma kisbitx dak mistenni minn ħafna Parlamentari Ingliżi biex jaċċettaw il-ftehim li…

Aktar