Politika
Jitlob lill-AD tiddiżassoċja ruħha mill-fehmiet personali ta’ Mina Tolu

Il-Professur Arnold Cassola fi stqarrija qal li mhuwiex xogħol l-Alternattiva Demokratika li tqajjem is-suġġett dwar dibattitu rispettuż dwar l-abort.

Cassola qal dan fl-isfond tal-filmat li xandret il-kandidat għall-MEP tal-AD, Mina Tolu, li kkummentat kif dibattitu dwar dan is-suġġett iġib miegħu kummenti xokkanti, odjużi u anke theddid kontra min għandu opinjoni differenti minn tiegħu, u li huwa allura favur l-abort.

Cassola jemmen li ma hemm l-ebda mandat demokratiku tal-membri tal-AD dwar dan u li l-AD ma taqbilx mal-idea tal-legalizzazzjoni tal-abort.

Qal ukoll li d-dikjarazzjoni ta’ Mina Tolu, hija bla dubju magħmula bl-aħjar intenzjonijiet iżda qiegħda tikkontribwixxi biex toħloq konfużjoni u ambigwità fost l-elettorat Malti.

Filwaqt li tenna li huwa totalment kontra l-abort, minbarra fil-każ li l-saħħa u l-ħajja tal-omm ikunu f’periklu, Arnold Cassola talab lill-AD toħroġ immedjatament stqarrija fejn tiddiżassoċja ruħha mill-fehmiet personali ta’ Mina Tolu u tafferma b’mod ċar u inekwivoku li hi kontra l-abort.

 

Aħbarijiet Oħra
Air Malta

Il-Ministru għat-Turiżmu, Konrad Mizzi qal li fil-jiem li ġejjin se jitħabbru riżultati finanzjarji pożittivi għal-linja nazzjonali tal-ajru. Fil-ftuħ tal-fiera annwali tal-ivjaġġar, l-AMITEX, il-Ministru qal li l-viżjoni tal-Gvern hi li l-Air…

Politika

Fi Brussell, kien hemm ukoll il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, li attenda għal-laqgħa tal-kapijiet tal-partiti membri tal-Partit Popolari Ewropew. Stqarrija tal-Partit Nazzjonalista kkowtat lil Dr Delia jgħid li jeħtieġ li…

Politika

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li r-realtà fid-drama dwar Brexit hi li jiġri x’jiġri, l-UE se tkun qed ittawwal il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE b’ġimgħa biss, għax jekk il-ġimgħa d-dieħla il-Parlament…

Sport

Sens kbir ta’ sodisfazzjon u arja ta’ festa fost il-kontinġent Malti li kkompeta fil-logħob dinji tal-Ispecial Olympics. It-28 atleta b’diżabbiltà intellettwali ġejjin lura Malta b’erbgħin midalja, 12 minnhom tad-deheb. L-atleti…

Aktar