Politika
Jitlob lill-Kummissarju Hyzler biex jinvestiga l-akkużi dwar nuqqas ta’ ħlas ta’ taxxa mid-deputat tal-PN Jason Azzopardi

Il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Kulturali tal-Belt Valletta, Jason Micallef ħabbar li fis-sigħat li għaddew kiteb personalment lill-Kummissarju għall-Ħarsien tal-Istandards fil-Ħajja Pubblika biex jinvestiga l-akkużi dwar nuqqas ta’ ħlas ta’ taxxa dovuta għal diversi snin mid-deputat tal-Oppożizzjoni, Dr Jason Azzopardi.

Qal li dan għamlu bħala ċittadin privat fl-interess nazzjonali.

Intant f’reazzjoni mibgħuta lil TVM, id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi qal li mhux veru li ma daħħalx ir-returns tat-taxxa.

Żied jgħid li hu dejjem daħħal ir-returns tat-taxxa tiegħu fil-ħin, ħlief fl-aħħar sentejn minħabba l-proċess ta’ separazzjoni u l-problemi legali marbuta ma’ dan il-proċess, li fi kliemu hija xi ħaġa normali meta jkun hemm kawżi ta’ separazzjoni personali.