X

Jitlob skuża wara li deher imissilha sidirha

L-isqof li mexxa l-funeral tal-kantanta Aretha Franklin talab skuża lill-kantanta żagħżugħa Ariana Grande wara li kien akkużat li qabdilha sidirha meta kienu fuq il-palk.

Ritratti juru lill-Isqof Charles H Ellis III iżomm lil Ariana Grande ‘l fuq minn qaddha, b’subajh jgħafsu l-ġenb ta’ sider il-kantanta.  L-isqof qal li ma kellu ebda intenzjoni jmiss sider il-kantanta.

Żied jgħid li forsi esaġera u qabeż il-linja, iżda talab skuża tal-aġir tiegħu.  Huwa qal li għannaq lill-artisti kollha, nisa u rġiel, li attendew għaċ-ċerimonja li kkommemorat lir-Reġina tas-Soul.

Iżda kull min kien qed isegwi l-funeral, beda jippubblika ritratti fuq is-siti soċjali ta’ Ariana Grande tkanta l-kanzunetta ta’ Aretha Franklin ‘(You Make Me Feel Like) A Natural Woman’ bl-isqof imrassas magħha fuq il-palk.