Lokali
Jitlob skuża wara li seraq minn ħwienet fl-ajruport

Skoċċiż ta’ 60 sena ġie akkużat li jumejn ilu seraq oġġetti minn żewġt iħwienet fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Fil-Qorti, Raymond Culross qal li jaħdem bħala infermier u m’għandux indirizz fiss f’Malta.

Il-prosekuzzjoni qalet li l-akkużat radd lura l-affarijiet li seraq u skuża ruħu ta’ għemilu. Ir-raġel wieġeb ħati tal-akkużi.

Il-Qorti kkundannatu sena ħabs sospiża għal 18-il xahar. L-akkużat telaq lura pajjiż iktar tard fil-ġurnata.