Barranin
Jitlobhom il-maħfra għax ħuh ma kienx f’sensih

Carlysle Stephan Meran u ommu f’żewġ intervisti separati, u b’qalbhom maqsuma, tkellmu dwar Alejandro Augusto, ir-raġel mir-Repubblika Domenikana li qatel żewġ uffiċjali tal-pulizija Taljani.

Kemm l-omm kif ukoll ħu l-qattiel tkellmu dwar kif Alejandro Augusto jbati minn problemi mentali u kien jisma’ l-vuċijiet tant li dik inhar stess qabel ma seħħet it-traġedja, l-omm marret tfittex l-għajnuna medika.

Viżibbilment emozzjonati qalu li jinsabu mweġgħin b’dak li ġara speċjalment għall-familji li ġarrbu t-telfa kiefra taż-żewġ pulizija li kienu għadhom fil-fjur ta’ ħajjithom.

F’isem Alejandro Augusto, huma talbu maħfra.

Ara wkoll:

Talabhom biex jidħol fil-kamra tal-banju u qatilhom kiesaħ u biered

Ara l-intervisti hawn:

Segwi l-intervista 1

Segwi l-intervista 2

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Raġel fit-Tramuntana tal-Indja spiċċa bla kliem meta mar jidfen lil bintu u sab tarbija midfuna ħajja. Ir-raġel kien qed iħaffer il-qabar ta’ bintu li twieldet mejta meta sema’ għajta ta’…

Barranin

Ir-Russja qalet li mhix se tippermetti kunflitti bejn il-forzi Torok u Sirjani. Dan hekk kif issuktat l-offensiva mill-armata Torka fit-tramuntana tas-Sirja. Osservaturi qalu li l-irtirar tat-truppi tal-istati Uniti mir-reġjun, li…

Barranin

5 nisa Franċiżi weħlu bejn 5 snin u 30 sena ħabs wara li nstabu ħatja li ppruvaw iqabbdu ”bomba” f’karozza ħdejn il-Katedral ta’ Notre Dame, f’Pariġi. Il-każ imur lura għall-2016…

Barranin

Minn tal-inqas 14-il pulizija nqatlu u tlieta oħra ndarbu f’attakk għall-għarrieda fil-punent ta’ Messiku. Il-pulizija kienu qed iġorru ordni tal-Qorti f’El Aguaje, meta l-konvoj safa’ attakkat. Rapporti qed jgħidu li…

Aktar