Lokali
Jitnedew aktar servizzi governattivi aċċessibbli mill-mobile – total ta’ 1,200 servizz

Is-servizz pubbliku kompla jifrex is-servizzi online fl-oqsma tal-enerġija, il-ġustizzja u n-negozji. Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar qal li dan huwa r-raba’ pakkett ta’ servizzi online minn mindu tnediet l-istrateġija biex is-servizzi tal-Gvern jingħataw 24 siegħa kuljum.

Il-firxa ta’ aktar is-servizzi pubbliċi online mis-Servizz Pubbliku fosthom għall-immaniggjar tal-ilma fid-dar, il-biedja, ħtiġijiet ta’ persuni b’diżabilità, fil-qasam ambjentali, l-enerġija u postijiet ta’ interess, għall-applikazzjoni għal-liċenzji tas-sewqan u servizzi oħra għan-negozji permezz tat-tnedija tar-raba’ pakkett ta’ servizzi online. Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar qal li dan bi tkomplija tal-istrateġija tas-servizz pubbliku biex is-servizzi kollha tal-Gvern ikunu aċċessbli 24 siegħa kuljum. S’issa diġà hemm mal-1200 servizz tal-gvern online.

“Dan ir-raba’ pakkett ikopri diversi servizzi fl-oqsma partikolari tal-enerġija, in-negozji u l-ġustizzja. Ir-raba’ pakket li jsegwi tliet pakketti oħra li ilna naħdmu fuqhom biex invaraw u naraw li jagħtu l-aqwa servizz u l-aqwa kwalità.”

Is-Sur Cutajar qal li fl-aħħar ħames snin sar investiment ta’ madwar 150 miljun ewro biex kważi s-servizzi kollha tal-Gvern jingħataw online inkluz permezz ta’ apps.

Dwar it-teleworking għall-ħaddiema tas-Servizz Pubbliku, is-Sur Cutajar qal li din is-sistema ilha li kienet implimentata fis-servizz pubbliku ferm qabel l-imxija tal-Coronavirus. Huwa qal li din ser tibqa’ u ser tissaħħaħ bir-Remote Working biex wieħed ikun jista’ jaħdem minn kullimkien.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Heritage Malta qed tħabbar li fi tmiem din il-ġimgħa, is-Sibt 18 u l-Ħadd 19 ta’ Lulju, is-sit ta’ Ħaġar Qim se jkun magħluq għall-pubbliku minħabba tiswijiet li jeħtieġ isiru fuq…

COVID-19

Il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, b’kollaborazzjoni mal-Kunsill Malti għall-Arti, qed jippubblika l-COVID-19 Transition Guidelines għall-produzzjonijiet artistiċi li se jiġu organizzati f’teatri pubbliċi u privati, kemm fuq ġewwa u…

Kronaka

Mara mill-Italja ta’ 25 sena residenti n-Naxxar, tinsab fil-periklu tal-mewt wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku fis-Swieqi. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7.30am fi Triq Sant’ Andrija, fis-Swieqi. Minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta…

Saħħa

Fil-preżent f’Malta hawn madwar 220 pazjent b’mard fil-kliewi u li jieħdu trattament ta’ haemodialysis b’mod regolari mill-Isptar Mater Dei. Biex il-magni tal-haemodialysis ikunu jistgħu jaħdmu jkollhom bżonn ilma purifikat. Għal dan l-għan fir-Renal…

Aktar