Lokali
Jitneħħew xbieki minn bastiment taħt il-baħar – skart ta’ theddida għall-ambjent marittimu

Tneħħew għadd ta’ xbieki mill-HMS Nasturtium, wieħed mis-siti ta’ Heritage Malta taħt il-baħar. Sit, li jinsab madwar 10 kilometri ‘l barra mill-kosta tal-Belt Valletta.

Dan sar matul Mejju, Ġenju u Lulju ta’ din is-sena mit-Taqsima tal-Wirt Kulturali ta’ Qiegħ il-Baħar fi ħdan Heritage Malta, il-UCHU b’kollaborazzjoni mal-klabb lokali tal-bugħaddasa ATLAM.

Irkaptu tas-sajd mitluf jew abbandunat huwa ta’ theddida għall-ambjent marittimu peress li ma jinqeridx malajr.

L-HMS Nasturtium kien bastiment tal-gwerra li nbena mill-Qawwa Navali Rjali biex ifittex u jneħħi l-mini mill-baħar fl-Ewwel Gwerra Dinjija.

Fis-27 ta’ April l-HMS Nasturtium laqat mina, bil-konsegwenza li seħħet splużjoni fuq il-ġenb tal-lemin tiegħu. Il-bastiment għereq u sab postu f’qiegħ il-baħar, wiċċu ‘l fuq, f’fond ta’ 67 metru.