Kultura
Jitnieda l-ewwel Dipartiment tal-Wirt Kulturali ta’ Taħt il-Baħar

Twaqqaf Dipartiment tal-Wirt Kulturali ta’ taħt il-Baħar fi ħdan Heritage Malta. Dan id-dipartiment se jimmaniġġja u jħares il-patrimonju kulturali ta’ taħt il-baħar waqt li ser ikun possibbli li jiżdiedu attrazzjonijiet għall-għaddasa.

Snin ta’ riċerka arkeoloġika taħt il-baħar ‘il barra mill-kosta tal-gżejjer Maltin fejn ġew skoperti u ddokumentati fuq mapep numru ta’ depożiti ta’ valur kulturali issa se jibdew ikunu aċċessibli għall-pubbliku.

Is-siti jvarjaw mill-eqdem relitt ta’ xini tal-Fenici fil-Mediterran li jmur lura 2,700 sena għal siti fejn hemm għadd ta’ ajruplani u bastimenti mgħarrqa.

Bit-twaqqif tal-ewwel Dipartiment tal-Wirt Kulturali ta’ taħt il-Baħar fi ħdan Heritage Malta, dan il-wirt kulturali se jkun qiegħed jiġi mmaniġġjat u mħares.

Taħt it-tmexxija tal-Professur Timmy Gambin mill-Università ta’ Malta u b’kollaborazzjoni mas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali, dan id-Dipartiment ġdid fi ħdan Heritage Malta ngħata r-responsabbiltà li jidentifika numru ta’ siti taħt il-baħar sabiex ikunu aċċessibbli għall-pubbliku.

“Il-bugħaddasa se jkunu jistgħu jibdew jinżlu f’dawn is-siti li hemm taħt il-baħar imma se jkun hemm ukoll aċċess permezz ta’ attivitajiet oħra. X’inhuma dawn l-attivitajiet l-oħra? Dokumentarji pereżempju, attivitajiet ta’ outreach fejn noħorġu u nitkellmu ma’ tfal tal-iskola nagħmlu taħditiet għall-pubbliku permezz tal-web ukoll.”

Mal-10 siti storiċi se jinfetħu din is-sena u Heritage Malta għandha l-għan li tiftaħ bejn tlieta u ħames siti ġodda fis-sentejn li ġejjin. Dan se jagħti valur miżjud lill-pakkett tat-turiżmu għall-għaddasa li jżuru Malta apposta.

Il-Ministru għall-Kultura, Owen Bonniċi qal li l-iskejjel lokali tal-għads, id-dgħajjes u l-klabbs, se jkunu obbligati li jirreġistraw online ma’ Heritage Malta. Żied jgħid li l-aġenzija se tkun qed issegwi dawn ir-relitti bi spezzjonijiet regolari sabiex tassigura l-protezzjoni tagħhom. Il-Ministru Bonnici qal li anke saret emenda fil-liġi dwar dan il-patrimonju kulturali u li dwarha kien hemm qbil unanimu.

Aħbarijiet Oħra
Droga

Uffiċjali tad-Dwana rnexxielhom isibu kwantita’ kbira ta’ droga kokaina. Is-sejba saret dalgħodu f’4 kontejners waqt ħidma li saret mid-Dwana fil-Port Ħieles. Fi stqarrija, id-Dwana qalet li wara li ġew skenjati…

Saħħa

Huma fost l-aktar annimali li l-bniedem jistkerraħ u possibilment bl-akbar appoġġ li jigu vvalenati. Dawn huma l-ġrieden u l-firien li hu pruvat li jistgħu jkunu ta’ theddida għas-saħħa pubbliku għax…

Internet

Bosta mis-siti elettroniċi tal-Gvern għad m’għandhomx verżjoni bil-Malti jew m’għandhomx l-informazzjoni kollha bil-Malti wkoll. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti qajjem dan il-punt mal-awtoritajiet iżda s-sitwazzjonijiet ma nbidlitx. Għalkemm l-ilsien Malti hu…

Infrastruttura

Sittin fil-mija tal-ilma li jasal fid-djar tal-Maltin ġej mill-impjanti ta’ desalinizzazzjoni. F’intervista ma’ TVM, il-Kap Eżekuttiv tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, Richard Bilocca spjega li l-pjan tal-korporazzjoni hu li dan jiżdied biex…

Aktar