Lokali
Jitnieda l-ewwel spazju internazzjonali ta’ Malta għall-Arti Kontemporanja MICAS

Beda proġett mid-Direttorat tar-Restawr fil-Fortifikazzjonijiet li jinkludu Ospizio r-Ritirata fil-Furjana li sal-2012 ser jinbidel f’dak li qed jissejjaħ l-Ispażju Internazzjonali Malti ta’ Arti Kontemporanja, MICAS.

Fit-tnedija tal-Proġett għal dan il-Mużew tal-Arti Kontemporanja, il-Ministru tal-Ġustizzja u l-Kultura Owen Bonnici qal li dal-proġett huwa parti mil-legat infrastrutturali għas-settur kulturali u artistiku. B’firxa ta’ aktar minn 1,300 metru kwadru MICAS se jseħħ permezz ta’ programm ta’ restawr tal-fortifikazzjonijiet storiċi b’investiment mil-fondi nazzjonali u Istat u b’kofinanzjament mil-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali.

Il-Ministru Bonnici qal li dan se jkollu sehem importanti għall-iżvilupp kulturali ta’ Malta fuq livell dinji b’mod li jgħaqqad il-komunitajiet u l-udjenzi filwaqt li jippromwovi l-internazzjonalità u d-diplomazija kulturali.

Iċ-Chairperson tal-Bord ta’ Kordinazzjoni ta’ proġetti kulturali, Phyllis Muscat, qalet li l-MICAS se jservi ta’ pjattaforma għall-arti u l-kultura viżiva. Qalet li dan il-proġett ilu l-ħolma ta’ artisti kontemporanji. Hija spjegat li d-disinn tal-gallariji interni ta’ MICAS qed isir minn kumpanija ibbażata f’Firenze b’rispett lejn l-element storiku ta’ dan is-sit.

L-Ambaxxatur kulturali għal Malta, Francis Sultana, qal li l-MICAS se jiftaħ il-bibien tiegħu fl-2021. Ħabbar li l-ewwel artist ta’ fama internazzjonali li se jikkollabora mal-programm internazzjonali ta’ MICAS hu Ugo Rondinione, artist ibbażat fi New York li bħalissa qed jaħdem fuq serje ta’ installazzjonijiet fosthom wirja awdjoviżiva tal-istorja tal-Ospizio.

Francis Sultana, Ambaxxatur Kulturali għal Malta qal li “mużewijiet bħal dawn jeżistu f’postijiet bħal Londra, New York, Pariġi, u ħa ngħaqdu wkoll ma’ mużewijiet oħra biex nagħmlu exhibitions ma’ xulxin, nibnu pontijiet bejnietna f’pajjiżna u jkollna platform ukoll għall-artisti tagħna ta’ Malta, biex ikollhom a global presence.”

Is-Segretarju Parlamentari Deo Debattista, qal li dan l-ispażju se jkompli jimbotta lill-artisti Maltin biex jesponu t-talent u l-impenn tagħhom u b’hekk Malta tkompli tispikka fuq il-palk kulturali globali.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Marlene Schranz ta’ 75 sena kellha parti ċentrali f’film bi storja traġika, tant li ħasbitha darbtejn taċċettax jew le, li taħdem il-parti ta’ mara anzjana li qed tmut kawża ta’…

Lokali

Restawrata l-kolonna li ma kinitx fid-disinn oriġinali tat-Tritoni. Se titpoġġa fi ġnien f’Tas-Sliema b’tifkira tal-artist Ċensu Apap. Ġnien George Bonello du Puis f’Tas-Sliema se jilqa’ l-kolonna li għal aktar minn…

Lokali

It-tindif u l-manutenzjoni fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar se jingħata spinta fix-xahrejn tas-sajf bis-saħħa ta’ ftehim bejn il-kunsill lokali u d-direttorat tat-tindif u l-manutenzjoni. Il-Gvern se jħallas nofs l-ispiża għas-servizz…

Lokali

Matul is-sena li għaddiet kien hemm total ta’ 728,470 immigrant li applikaw għall-kenn f’pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, tnaqqis ta’ 44% meta mqabbel mal-2016. Skont ir-rapport annwali tal-aġenzija tal-Unjoni Ewropea EASO, kuntrarju…

Aktar