Lokali
Jitnieda l-Malta Youth Film Festival

Ġie mniedi l-Malta Youth Film Festival (MYFF) li se jkun organizzat mill-Malta Film Foundation, l-Aġenzija Żgħażagħ u s-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat. Il-festival se jifforma parti mill-programm artistiku tal-Malta Film Foundation appoġġjat mill-Cultural Partnership Agreement permezz tal-Kunsill Malti għall-Arti u l-Kummissjoni Maltija għall-Films.

Waqt konferenza, is-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ spjega li l-Malta Youth Film Festival huwa mmirat għal żgħażagħ li qed jaspiraw li jkunu produtturi tal-films

Il-programm jinkludi sessjonijiet ta’ evalwazzjoni wara l-festival. Din il-kompetizzjoni hija miftuħa għal żgħażagħ bejn 16 u 30 sena u d-data tal-għeluq għas-sottomissjonijiet hija l-Erbgħa 6 ta’ April 2018. Aktar dettalji fuq is-siti elettronċi ta’ Aġenzija Żgħażagħ u tal-Kummissjoni Maltija għall-Films.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Segwi Ħadt l-Aħbar mal-Avukata Ramona Frendo u l-Perit Michael Falzon Din hija ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-ġurnali tal-lum 25/02/2018 The Sunday Times Fuq il-faċċata ritratt tal-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro…

Lokali

Mawra edukattiva għal studenti tat-tieni sena tal-iskola San Benild f’Tas-Sliema kienet ikkaratterizata mill-element tradizzjonali Malti. Ewlenin fosthom il-karozzin, il-lanċa kif ukoll għanjiet Maltin. Fuq in-noti tal-kanzunetta tal-Greenfields – il-karozzin –…

Lokali

Ħoss ġdid u frisk għal The Travellers, il-band li stabbilixxiet ruħha dan l-aħħar għall-kanzunetti li toħroġ bil-Malti u li tant kisbet popolarità bihom. Minn għada, din il-band se tkun qed…

Lokali

Tliet persuni nżammu arrestati mill-Pulizija wara li f’rejd li sar f’residenza u garaxx f’Ħal Qormi mill-Iskwadra ta’ kontra d-Droga nstabu sustanzi suspettati li huma raża tal-kannabis, ħaxixa tal-kannabis, kokaina u…

Aktar