Politika
Jitnieda l-Partit Popolari Malti

Tnieda l-Partit Popolari Malti li huwa msejjes fuq dawn il-principji generali: il-libertà, iċ-ċittadinanza u d-drittijiet fundamentali, is-saħħa u l-Komunità, il-Wirt u l-Patrimonju Kulturali u n-Nazzjon.

Il-Kap ta’ dan il-Partit ġdid, Paul Salomone, qal li l-pajjiż jeħtieġ partit biex iservi lill-poplu u assigura li l-Partit Popolari ser jagħti l-pajjiż lura lill-poplu Malti. Sostna li fl-aħħar snin il-pajjiż tilef l-identità u l-lingwa.

Is-Sur Salomone qal li biex tikber l-ekonomija qed jinġiebu ħafna barranin u sostna li waslu biex reġa’ għolla rasu ċ-cheap labour. Żied jgħid li l-partit huwa kontra l-abort u favur il-ħajja. Spjega li l-partit huwa kontra l-immigrazzjoni irregolari.

Is-Sur Salomone assigura li l-Partit Popolari huwa kontra kull forma ta’ korruzzjoni u li l-liġi msejħa tal-ugwaljanza tnezza lill-poplu mid-dritt tal-libertà tal-espressjoni.