Xogħol
Jitnieda l-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena

Il-Premju Ħaddiema tas-Sena ser ikun imqassam fi 8 kategoriji għax għall-ewwel darba din is-sena ngħatat importanza wkoll lill-kumpaniji li jippromwovu r-responsabbiltà soċjali. Dan intqal filwaqt li l-Ministru Edward Zammit Lewis nieda l-edizzjoni tal-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-sena 2019.

Il-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena, din is-sena ser jirrikonoxxi l-iktar kumpanija li tippromwovi r-responsabbiltà soċjali permezz ta’ inizjattivi li jpoġġu l-ħarsien soċjali fiċ-ċentru tal-kumpanija. Il-Premju Nazzjonali tal-Ħaddiema ser jirrikonoxxi wkoll il-ħidma ta’ Ħaddiem Mudell tas-Sena, Maniġer tas-Sena, Employer tas-Sena, Tim tas-Sena, l-iktar kumpaniji li jippromwovu l-ugwaljanza, u l-bilanċ bejn il-ħajja privata u x-xogħol. Minn dawn il-kategoriji kollha jew skont l-għażla tal-bord tintagħżel il-persuna li ser tingħata l-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena 2019.

Iċ-Chairperson tal-Premju Ħaddiema tas-Sena, Angela Agius qalet ”mas-seba’ li kellna ser ikollna kategorija oħra li tippromwovi kumpanija li tippromwovi r-responsabbiltà soċjali. Kemm huwa sabiħ li jkunu soċjali fil-ħajja tagħna u allura din hija kategorija li ntegrajna mal-oħrajn biex finalment ikollna tmienja. Il-Premju Ħaddiema tas-Sena jippremja l-bżulija, lil min iħaddem u allura din hija xi ħaġa.”

Il-Minsitru Edward Zammit Lewis qal li l-Premju Nazzjonali Ħaddiema tas-Sena jirrikonxxi d-dinjità ta’ kategoriji differenti ta’ ħaddiema.

”Il-ħaddiem trid ittih id-dinjità tiegħu li fil-post tax-xogħol, inħarsu s-sigurtà tiegħu u l-kundizzjonijiet tiegħu però min jimpjega huwa ħaddiem ukoll u allura hemm premji immirati għal min jippromwovii aktar dinjità tal-ħaddiem, issues importanti fejn jidħol il-ġeneru u affarijiet oħra però t-tifsira dejjem tiġġedded.”

Ġurija magħżula indipendenti ser tiddetermina l-lista finali wara proċess trasparenti u imparzjali. Il-Premju Ħaddiema tas-Sena jsir taħt il-patronċinju tal-President ta’ Malta George Vella bl-applikazzjoni ser jinfetħu nhar it-Tnejn.

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Kull sena f’Malta jfeġġu madwar 20 każ ta’ kanċer fit-testikoli. Hu stmat li kull sena jmutu żewġt irġiel b’dan il-kanċer. Stħarriġ li sar ix-xahar li għadda wera li tnejn minn…

Kronaka

Lejlet it-tieni anniversarju mill-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia tnieda rapport imħejji minn Reporters Without Borders u The Shift News dwar ċ-ċirkostanzi li fihom seħħ il-qtil, l-investigazzjoni li saret dwaru, ir-reazzjoni…

Immigrazzjoni

L-AFM għaddejja b’operazzjoni ta’ salvataġġ biex issalva 76 immigrant, fosthom 15-il mara li wħud minnhom qed iġorru tarbija, li jinsabu f’diffikultà bejn sema u ilma. Id-dgħajsa, li fuqha jinsabu l-immigranti,…

Kronaka

George Degiorgio, wieħed mit-tliet irġiel akkużati bil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, talab mill-ġdid għas-sospensjoni tal-proċeduri kontrih. L-avukat ta’ Degiorgio, Dr William Cuschieri talab lill-Prim Awla biex tissospendi l-proċeduri kontrih fil-Qorti…

Aktar