Kultura
Jitnieda l-programm ta’ Teatru Malta

Tnieda l-programm ta’ Teatru Malta għall-ewwel erba xhur tas-sena. Il-programm fih firxa ta’ produzzjonijiet immirati għal faxex kollha tas-soċjetà. Il-programm tal-kumpanija nazzjonali Teatru Malta għall-ewwel erba’ xhur tas-sena ġie varat fi Spazju Kreattiv u mmarka wkoll il-ftuħ uffiċjali tal-wirja retrospettiva XENI, li huwa proġett li jikkomunika viżwalment l-aħħar għaxar snin ta’ storja xenografika tal-Gżejjer Maltin. Il-wirja hija kkurata mid-disinjatur tas-sett Taljan Romualdo Moretti u fiha xogħlijiet ta’ tnax-il disinjaturi u artisti viżwali.

Id-Direttur Artistiku ta’ Teatru Malta, Sean Buhagiar qal li minn din is-sena, il-kumpanija nazzjonali tat-teatru se tfassal il-pjani tal-programm tagħha kull erba’ xhur. Qal li b’dan il-mod, il-kumpanija nazzjonali teatrali tista’ tħejji programmi dinamiċi li jappellaw għall-polz tal-udjenzi.

Il-produzzjonijiet fl-ewwel kwart tas-sena jinkludu id-dramm tal-awtur Alfred Buttigieg, L-Interogazzjoni, li hija thriller dwar il-kriminalità u twassal it-taqbida bejn żewġ nisa maħbubin interpretati mill-atturi Clare Agius u Angele Galea.

Jirritorna wkoll il-festival tat-tfal Trikki Trakki u l-produzzjoni ricenti Ħax-Xjuħ se tiġi żviluppata fi klabb għan-nies li għandhom sittin sena jew iktar bil-għan li jħeġġeġ lill-membri jsiru iktar attivi fit-teatru. Fil-Belt se jkun hemm ukoll sorpriżi fil-forma ta’ spettaklu bit-tema ‘Xilallu’. Dan huwa proġett tat-teatru tat-triq immirat lejn il-postijiet fejn jinġabru ż-żgħażagħ fil-Belt.

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Sentejn ilu waqa’ għall-vizzju tad-droga għax tilef lill-ommu u sofra minn sfidi mentali, iżda issa ddeċieda li jidħol għall-programm tal-Caritas biex ikun jista’ jerġa’ jgħannaq lil familtu u jgħin persuni…

Lokali

Tabiba Maltija ngħata kariga importanti fi ħdan l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa. Dr Natasha Azzopardi Muscat inħatret bħala Direttur li fost affarijiet oħra se tieħu ħsieb is-servizzi tas-saħħa fl-Ewropa fosthom biex jiżdied…

Edukazzjoni

Ċans ieħor lill-istudenti japplikaw għall-eżamijiet li se jsiru f’Settembru fil-livell intermedjarju u avvanzat. Dan jgħodd għall-istudenti li ma kinux irreġistraw għall-eżamijiet u li kieku ma nqalgħetx il-pandemija kienu jsiru fil-ġimgħat…

Lokali

Ħafna mill-bdiewa qed jilmentaw li ser jibqgħu bil-patata ma’ wiċċhom minħabba nuqqas ta’ domanda mis-suq kemm f’Malta kif ukoll mis-swieq tal-esportazzjoni minħabba li din ukoll intlaqtet mill-Covid-19. Television Malta jinsab…

Aktar