Lokali
Jitnieda l-qafas biex titfassal strateġija nazzjonali spazjali

Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri nieda l-qafas biex titfassal strateġija nazzjonali spazjali. Is-Sur Schembri qal li l-għan huwa li jitħejja l-qafas leġislattiv biex kumpaniji li jaħdmu fil-qasam jinvestu f’Malta. Il-viżjoni għall-istrateġija tnediet waqt li studenti minn erba’ skejjel ikkompetew bejniethom biex jiżviluppaw simulazzjoni ta’ satellita fi spazju limitat fil-kompetizzjoni Ewropea magħrufa bħal CanSat.

Il-Gvern qed iħares lejn l-aspetti kummerċjali tat-teknoloġija spazjali u qed iħejji strateġija għal dan il-qasam. Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri qal li r-riċerka fit-teknoloġija spazjali tiftaħ aspett kummerċjali kbir u Malta ser tisfrutta dan il-qasam.

Silvio Schembri qal “qed nara l-aħjar pożizzjoni biex nippożizzjonaw lil Malta biex noħolqu niċċa ġdida fejn tidħol kummerċjalizzazzjoni. Però anke fejn jidħol talent ser inkomplu ninvestu fil-qafas tar-riċerka u l-innovazzjoni għax l-ispazju joffri opportunitajiet kbar. Meta wieħed iħares lejn il-ħajja li ngħixu llum irridu ninnutaw kemm nużaw data li ġejja mill-ispazju fejn jidħol gps , fejn tidħol previzjoni tat-temp.”

Is-Sur Schembri qal li twaqqfet Taskfoce biex tfassal l-istrateġija biex wara ssir r-regolamentazzjoni għal dan il-qasam.

Il-viżjoni tal-Gvern tnediet filwaqt li erba’ skejjel fl-aħħar xhur ħadmu biex żviluppaw rocket għall-kompetizzjoni spazjali Ewropea magħrufa bħal CanSat tal-programm spazjali Ewropew. L-istudenti kellhom jiżviluppaw simulazzjoni ta’ satellita fi spazju żgħir b’teknoloġija li tagħti servizz lill-bniedem. L-ikbar sfida kienet l-ispazju limitat u li anke jsolvu l-problemi tekniċi.

L-Assistent Direttur, Desiree Scicluna Bugeja qalet “l-istudenti kellhom sfida li jiffitjaw satellite in the volume of a cap, pjuttost spazju limitat. F’dan il-proċess imbagħad riedu jillonċjaw a mission. Jiġifieri żgur li l-istudenti tgħallmu minn dan il-proġett mhux the technical and the scientific skills biss iżda żgur kellhom isolvu l-problemi u jaħsbu b’mod kritiku”.

Għall-istudenti din kienet opportunità unika biex tagħtihom direzzjoni għall-karrieri fit-teknoloġija spazjali bħall-inġiniera, riċerkaturi u xjentisti.

Iċ-Chairman tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Tekonoloġija, Jeffrey Pulicino Orlando qal li l-Kunsill jikkollabora mal-Aġenzija Spazjali Ewropea u flimkien qed joħolqu programmi edukattivi għall-istudenti biex jitqanqal fihom l-interess fit-teknoloġija spazjali.

Il-proġett sar b’kollaborazzjoni bejn il-Ministeru tal-Edukazzjoni u l-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Tekonoloġija flimkien mal-Aġenzija Spazjali Ewropea.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Ġuvni taħt l-età nżamm arrestat wara li llum tressaq quddiem il-Qorti akkużat li uża arma waqt argument familjari li fih kien involut missieru, is-sieħba ta’ missieru, u binha żgħir. L-akkużat,…

Qorti

Priġunier fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin qed ikun akkużat li ħebb għal supervisor waqt li dan tal-aħħar kien qed jaqdi dmiru. Anthony Borg ta’ 36 sena llum tressaq il-Qorti taħt arrest,…

Gazzetti

Din hija ħarsa ħafifa lejn il-gazzetti ppubblikati llum il-Ħadd 18 ta’ Awwissu 2019: Fl-ewwel paġna ta’ Times of Malta insibu ritratt tas-sit fejn hu propost li jinbena kumpless ta’ garaxxijiet…

Aktar