Jitnieda l-video uffiċjali tal-kanzunetta “Warrior”

Il-kantanta Amber nediet illum il-video uffiċjali tal-kanzunetta “Warrior” li se tkun qed tirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest f’Mejju li ġej fil-kapitali tal-Awstrija, Vjenna.

Il-video li huwa produzzjoni tal-PBS, inġibed f’dar antika fir-Rabat.

F’konferenza tal-aħbarijiet illum waranofsihar, it-tim tal-produzzjoni qal li l-kanzunetta sarilha arranġament mużikali aktar orkestrali permezz ta’ orkestra ta’ 57 strument.

Il-kantanta u l-mużiċisti huma lebsin ħwejjeġ moderni li jikkuntrastaw sew mal-binja antika li fiha nġibed il-video. Dan jgħaqqad il-passat mal-preżent, li jirrifletti l-lirika tal-kanzunetta fejn jingħad “ħares ‘il quddiem għax il-passat hu dak li hu” (“Never look back, the past is the past”).

L-arranġament mużikali tal-kanzunetta sar minn Gordon Bonello, Elton Zarb u Kevin Abela, u l-kliem inkiteb minn Matthew (Muxu) Mercieca, filwaqt li l-imħuħ wara l-video kienu Gordon Bonello, Rodney Gauci, Neville Grech u Charles Ahar. Il-ħsieb tal-video kien li Amber tkun il-punt fokali tal-kanzunetta, u għalhekk ma jsegwix storja kronoloġika.

Il-video ma jsegwix storja partikolari bil-għan li l-udjenza tinterpretah skont l-emozzjonijiet tagħha.

Preżenti għat-tnedija kien hemm ukoll l-Ministru Owen Bonnici feraħ lil kull min ħadem fuqu talli għamlu produzzjoni ta’ livell daqshekk għoli.

Il-Ministru Bonnici ħeġġeġ lil kulħadd biex jirrifletti fuq il-messaġġ tal-kanzunetta għaliex qal li kulħadd għadda minn perjodi diffiċli f’ħajtu imma l-importanti hu li naffaċċjaw dawn l-isfidi u noħroġu rebbieħa fuqhom.

Min-naħa tagħha Amber qalet li qabel ma’ għamlet dan il-video qatt ma kienet tobsor kemm jieħu ħin u x-xogħol imma hija kburija bir-riżultat.

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat indirizza l-forum dinji fejn ħabbar li għaxar operaturi tal-kannabis mediċinali kienu approvati mill-Malta Enterprise u anke se japplikaw mal-Awtorità tal-Mediċini biex jingħataw liċenzja. Dr Muscat qal…

Lokali

Riesqa lejn l-aħħar il-Presidenza ta’ Marie-Louise Coleiro Preca, bil-President Marie Louise Coliero Preca tiddeskrivi l-poplu Malti bħala wieħed ġeneruż li jaf jogħla ‘l fuq mill-argumenti u jingħaqad flimkien biex jesprimi…

Lokali

Il-Kunsill tal-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta beda jiltaqa’ f’Malta u qed jiddiskuti proposti biex isaħħaħ il-vuċi tal-Maltin imferxa f’diversi komunitajiet madwar id-dinja. Fil-ftuħ tal-laqgħa, il-Ministru Carmelo Abela qal li…

Aktar