NGOs
Jitnieda pjan sal-2024 għas-settur tal-volontarjat

Il-qasam tal-volontarjat jinkludi firxa wiesgħa ta’ għaqdiet mhux governattivi li jaħdmu u joffru servizzi f’oqsma varji, kemm lill-komunità f’Malta u anke barra l-pajjiż.

Bil-għan li dan is-settur ikun aktar effettiv, il-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat, flimkien mas-Segretarjat Parlamentari għall-Għaqdiet Volontarji, nedew strateġija nazzjonali għall-ħames snin sal-2024.

Is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima qal li l-istrateġija tfassal pjan definit ta’ fejn irid jasal dan is-settur. “Pjan ċar li l-aktar ħaġa importanti fih hu li jkun hemm stabilità, biex tgħin lill-għaqdiet jikbru ġewwa pajjiżna, li jkun hemm rikonoximent tal-voluntiera, li għalkemm jaħdmu hemmhekk mingħajr ma jistennew xejn lura, jkunu rikonoxxuti, u fuq kollox li jkollok trasparenza fil-mod kif joperaw l-għaqdiet volontarji f’pajjiżna.”

Dr Grima qal li l-istrateġija tikkumplimenta l-liġi l-ġdida dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji, li permezz tagħha l-Kummissarju tal-Volontarjat ngħata aktar għodod biex ikun jista’ jivverifika l-operat kollu tal-għaqdiet volontarji.

Iċ-Chairman tal-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat, Noel Camilleri, qal li l-istrateġija ser isaħħaħ il-volontarjat kemm mill-aspett ta’ governanza kif ukoll fit-trasparenza tal-operat. “Il-volontarjat hu bbażat fuq fondi u fuq donazzjonijiet li jagħti l-pubbliku inġenerali u fondi nazzjonali, u allura jkun hemm bżonn dejjem li tiżdied it-trasparenza biex ma jkun hemm l-ebda dubju dwar l-operat tas-settur. It-tieni ħaġa hu li nimmiraw għaż-żgħażagħ u anki tfal tal-iskola, li japprezzaw ferm aktar l-importanza li tagħmel ftit volontarjat.”

Dr Camilleri qal l-istrateġija ser twassal biex fondi li l-gvern jagħti lill-għaqdiet volontarji jiġu ċentralizati taħt il-Kunsill biex fost l-oħrajn ikun assigurat li l-għaqdiet volontarji jkollhom opportunitajiet indaqs.

Aħbarijiet Oħra
Budget

B’reazzjoni għad-diskors tal-Prim Ministru fil-Parlament, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li Joseph Muscat ma’ wieġeb xejn fuq is-sitwazzjoni tal-għalliema, tal-middle class, tal-popolazzjoni tiżdied, fuq il-problemi tal-banek u fis-settur tal-gaming. Fuq…

Ambjent

Il-Ministru għall-Ambjent, Jose Herrera, waqt li rtira l-emenda oriġinali tal-Gvern għall-mozzjoni tal-Oppożizzjoni, ressaq emenda ġdida li permezz tagħha l-Parlament Malti iddikjara emerġenza fil-klima, bil-Kumitat Parlamentari tal-Ambjent u Ippjanar tal-Iżvilpp jinbidel…

Budget

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li l-Gvern xtara Villa G’Mangia fejn kienet tgħix ir-Reġina biex fiha isir proġett turistiku. Waqt li wieġeb għall-kritika tal-Kap tal-Oppożizzjoni għall-baġit, Dr Muscat żvela li…

Immigrazzjoni

Il-President Emeritu, Marie Louise Coleiro Preca, qalet li s-soċjetà Maltija għandha tagħmel dak kollu possibbli biex toħnoq id-diskors ta’ mibegħda. Hija kienet qed titkellem fid-dawl ta’ rapport minn The Times…

Aktar