Lokali
Jitnieda programm biex ommijiet żgħażagħ vulnerabbli jqumu fuq saqajhom
Il-President’s Trust nediet inizjattiva ġdida bl-isem ‘Y-Assist’ bil-ħsieb li tgħin ommijiet żgħażagħ vulnerabbli.
Din l-inizjattiva li tnediet mill-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca, se tkun qed tagħmel differenza fil-ħajja ta’ dawn l-ommijiet li għaddejjin minn sfidi permezz ta’ akkomodazzjoni.
Intqal li saru taħditiet ma’ numru ta’ entitajiet fejn ġie stabbilit li nisa vulnerabbli ta’ bejn 18 u 25 sena, jista’ jkollhom bżonn ta’ appoġġ permezz ta’ akkomodazzjoni u programmi edukattivi għal kisba ta’ ħiliet tal-ħajja.
L-inizjattiva Y-Assist ġiet żviluppata fuq il-mudell Ingliż tal-Lufe Charity, organizzazzjoni mhux governattiva li ilha taħdem f’dan il-qasam 24 sena.
Il-President’s Trust ingħaqdet ma’ St Jeanne Antide Foundation, biex tippjana u timplimenta din l-inizjattiva.
Sarah Borda Bondin, Direttur tal-President’s Trust spjegat li bħalissa ma jeżisti xejn minn dawn it-tip ta’ inizjattivi għal dawn l-ommijiet żgħażagħ vulnerabbli.
Is-sorijiet tal-karità qed joffru dar għal din l-inizjattiva li se tilqa’ l-ewwel ommijiet b’mod immedjat. It-tieni appartament mistenni jibda jopera qabel Novembru li ġej.
L-għan tal-President’s Trust huwa li sal-aħħar tas-sena d-dieħla jkollha network ta’ 4 appartamenti biex jintlaħqu 12-il omm.
Il-President Coleiro Preca qalet li dan se jkun programm li jkun suċċess grazzi għall-professjonalità ta’ St Jeanne Antide Foundation. Il-President assigurat li dan hu programm biex dawn l-ommijiet żgħażagħ iqumu fuq saqajhom. Skop li jingħataw dinjità u jidħlu fiċ-ċentru tas- soċjetà.
Aħbarijiet Oħra
Lifestyle

It-tradizzjoni tal-ġostra għall-komunità Misidjana hija appuntament annwali li jaħbat mal-festa ta’ San Ġużepp. Mixgħula u mżejna għall-festa tal-patrun tagħha, matul din il-ġimgħa f’din il-lokalità saru l-kompetizzjonijiet tal-ġostra, li d-drawwa tagħha…

Lokali

Esperjenza unika u differenti minn tas-soltu għal Christine Borg u Tonio Mercieca, żewġ residenti tad-Dar tal-Providenza b’diżabilità fiżika li jgħixu f’Dar Akkwarell fil-Qawra. Is-Sibt filgħodu Christine u Tonio marru dawra…

Immigrazzjoni

Wara li fl-aħħar ġimgħat inqalgħu batibekki bejn l-awtoritajiet Maltin u Taljani dwar l-immigrazzjoni, TVM stħarreġ is-sentiment tat-Taljani li qed jaħdmu f’Malta. Mindu ġie elett il-Gvern ċentru lemini Taljan kważi erba’…

Kronaka

Tliet membri mit-tim mediku mid-Dipartiment tal-Emerġenza ta’ Mater Dei sfaw aggrediti minn ġuvni Libjan waqt li kienu qed jassistu żewġ persuni li kellhom bżonn l-assistenza medika. Il-ġuvni ġie arrestat mill-Pulizija…

Aktar