Għawdex
Jitnieda servizz ta’ emerġenza ġdid f’Għawdex

F’Għawdex tnieda servizz ta’ emerġenza ġdid għall-pubbliku li se jopera wara l-ħinijiet tal-uffiċċju, fi tmiem il-ġimgħa kif ukoll fil-btajjel pubbliċi. Dan is-servizz, li beda fuq inizjattiva tal-fergħa Għawdxija tal-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali se jingħata mill-Ħaddiema Soċjali u ħaddiema oħrajn ta’ din l-entità.

Għalkemm Għawdex huwa magħruf għat-trankwillita tiegħu, bl-ebda mod ma jfisser li din il-gżira tgawdi l-immunità għall-każi jew diffikultajiet soċjali. Kif qalet Doreen Camilleri, Senior Service Leader tal-fergħa Għawdxija tal-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali, is-servizz ta’ emerġenza li beda xagħrejn ilu diġà jidher li mela vojt li kien ilu jinħass.

Doreen qalet “waqqafna dan is-servizz biex nassistu f’każi ta’ emerġenza, f’kazi ta’ vjolenza domestika, xi ħadd li jsib ruħu bla saqaf fuq rasu, f’każi ta’ minuri li jispiċċaw li għandhom bżonn xi ħadd jieħu ħsiebhom u każi oħra ta’ emerġenza.”

Is-servizz Emergency Call fuq in-numru 9955 7069, jingħata mill-4pm sas-7am mit-Tnejn sal-Ħadd, mis-social workers u ħaddiema tal-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali.

Doreen Camilleri qalet “ġieli nkunu msejħa biex noħorġu, għax mhux fuq telefonati biss, pereżempju f’każi ta’ vjolenza domestika u mmorru mal-pulizija, biex naraw xi tkun l-emerġenza, speċjalment meta jkun hemm nisa u tfal li jkollhom bżonn l-għajnuna”.

Is-servizz Emergency Call f’Għawdex huwa ħolqa oħra f’sensiela ta’ servizzi personalizzati li l-Fondazzjoni għal Ħarsien Soċjali qed tipprovdi fil-komunità.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Inqas minn tliet xhur wara li ġie fi tmiemu s-Sinodu tal-Isqfijiet dwar iż-Żgħażagħ, eluf ta’ żgħażagħ qed jinġabru fil-Panama għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ. Il-Papa Franġisku jasal il-Panama għada bil-qofol taċ-ċelebrazzjonijiet jintlaħqu…

Ikel

Fl-isfond tal-kontroversja li bdiet wara s-servizz tal-aħbarijiet ta’ TVM mal-Imam Mohammad Elsadi, dwar il-qtil tal-annimali bir-ritwal Musulman, komplejna nsegwu l-kwistjoni. Mhux eskluż li l-qtil tal-annimal bis-sistema tal-halal, għalkemm mhux isir…

Trasport

Is-sidien tal-pompi tal-petrol bdew b’azzjonijiet industrijali minħabba nuqqas ta’ ftehim mal-Gvern dwar it-talba għal żidiet fil-qligħ tagħhom. L-azzjoni ewlenija hi li l-pompi mhux se joffru s-servizz mill-magni awtomatiċi wara s-sitta…

Familja

Matul is-sena li għaddiet kien hemm xejn inqas minn 1,303 koppji li żżewġu fuq cruise liner li jtajjar il-bandiera Maltija. Din l-informazzjoni ngħatat fil-Parlament mill-Prim Ministru Joseph Muscat għall-mistoqsija tad-Deputat…

Aktar