Lokali
Jitniedu standards soċjali biex ikunu mħarsa aħjar it-tfal adottati

Il-Ministru għall-familja Michael Falzon vara l-ewwel sett ta’ Standards Soċjali Regolatorji dwar l-addozzjonijiet kemm għall-ġenituri li jadottaw u l-Aġenziji li jgħinu lill-koppji jadottaw. Il-Ministru qal li wara li fl-ewwel disa’ xhur tas-sena ġew adottati 38 tifel u tifla, il-maġġoranza tagħhom mill-Indja, qed issir ħidma biex sas-sena d-dieħla, il-Maltin ikunu jistgħu jaddotaw minn pajiżi oħra.

Il-proċessi legali u soċjali tal-adozzzjonijiet ser jibdew ikunu regolati bi standards li jassiguraw fost oħrajn id-drittijiet tat-tfal u tal-ġentiuri adottivi. Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Istandards tal-Ħarsien Soċjali Matthew Vella qal li l-istandards u l-linji gwida jipprovdu fost oħrajn li t-tfal għandhom ikunu infurmati bil-proċess tal-adozzjoni u li fejn ikun hemm adozzjoni tal-aħwa, dawn kemm jista’ jkun jiġu adottati fl-istess familja. Qal li l-istandards huma bbażati fuq prinċipji li jħarsu d-drittijiet u l-involviment tat-tfal, it-tħejjija u l-appoġġ għal ġenituri adottivi, l-appoġġ għall-familji bijoloġiċi u l-immaniġġjar tal-kwalità tas-servizz.

L-istandards jagħmlu enfasi li l-proċeduri amministrattivi ma joħolqux dewmien eċċessiv fir-rigward tal-proċeduri quddiem il-bord għall-adozzjoni u l-Qorti. Skont l-istandards meta jkun hemm proċess ta’ adozzjoni, tfal fil-familja adottiva jridu jiġu kkonsultati bil-proċess mill-ħaddiema soċjali.

Il-Ministru għall-Familja Michael Falzon ħabbar li s-sena d-dieħla se tiġi varata wkoll strateġija nazzjonali dwar l-adozzjonijiet. Qal li l-mira hi li s-servizzi u l-appoġġ li jingħataw għall-ġenituri li jadottaw jogħlew fil-kwalità.

Michael Falzon qal “ħa nassiguraw iktar standards u kwalità, dak huwa l-iskop, aħna għandna 3 pajjiżi u issa nfetaħ ieħor, u kulħadd jaf bil-linji gwida drittijiet u dmirijiet tiegħu”.

F’Malta hawn ħames aġenziji akkreditati li jikkordinaw il-proċessi tal-addozzjoni li issa għandhom ukoll linji gwida dwar kif imexxi l-ħidma tagħhom. Bħalissa, il-Maltin jistgħu jadottaw minn 4 pajjiżi, l-Indja, Slovakkja, Portugall u l-Bulgarija li magħhom hemm ftehim bilaterali dwar il-proċeduri tal-adozzjoni. Il-ġenituri li jadottaw minn barra l-pajjiż, bdew jingħataw għajnuna ta’ €10,000 mill-Gvern biex ikopri parti mill-ispejjeż kbar involuti f’dawn il-proċessi.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

“Għajnu Aħmar it-Tonn” jew “It-Tonn tal-Melliħin” kienet l-għajta tas-sajjieda Melliħin li sal-bidu tas-sittinijiet kienu jbiegħu t-tonn li jaqbdu bit-Tunnara. Is-sajd bit-tunnara nqata’ iżda fil-mużew tat-Tunnara fil-bajja tal-Mellieħa, għaqda volontarja Melliħija ikkonservat…

Pulizija

Fl-aħħar xahrejn, l-uċuħ ta’ erba’ Pulizija saru familjari mal-komunità tal-Mellieħa. Ir-residenti laqgħuhom u jqisuhom “ta’ ġewwa”. Dawn l-erba’ uffiċċjali jiffurmaw l-ewwel Community Policing Team fi proġett pilota mniedi mill-Korp. Intervistat…

Malta

Fil-Greċja, hemm madwar 3,500 persuna b’konnessjonijiet Maltin, il-maġġoranza f’Korfu fejn jgħixu Griegi b’nisel Malti li saħansitra jwasslu sar-raba’ u l-ħames ġenerazzjoni. Waqt żjara fil-Greċja, il-President George Vella ltaqa’ ma’ rappreżentanti…

Kisbiet

Imwieled Malta u emigra lejn l-Awstralja 44 sena ilu wara li gradwa mill-Università ta’ Malta dak iż-żmien kienet magħrufa bħala The Royal University of Malta. F’intervista ma’ TVM, il-Professur Stephen…

Aktar