Immigrazzjoni
Jitniżżlu l-immigranti taħt l-età abbord il-vapur Open Arms

Tkompli tiżviluppa l-kwistjoni tal-immigranti abbord il-vapur Open Arms. Fl-aħħar sigħat tniżżlu Lampedusa s-27 immigrant taħt l-età wara li l-Ministru tal-Intern Taljan Matteo Salvini ta l-approvazzjoni li dawn jiddaħħlu l-Italja. Iżjed minn 100 immigrant ieħor ilhom 16-il ġurnata abbord l-Open Arms. Wara li l-għaqda mhux governattiva li tmexxi l-Open Arms, Proactiva ma laqgħetx l-offerta tal-gvern Spanjol biex il-vapur jidħol f’port fi Spanja kompliet tinsisiti li l-immgiranti ma jifilħux għal sitt ijiem oħra ta’ vjaġġ fuq il-baħar biex jaslu Spanja. Hija qed tinsisti li Italja u Spanja jqegħdu l-mezzi kollha disponibbli biex l-immigranti jfittxu jitniżlu fl-iżjed port qrib u sigur.

Fi żvilupp ieħor l-uffiċjali tas-sanita Taljani li telgħu abbord l-Open Arms, waslu għall-konklużjoni li s-sitwazzjoni iġenika u tas-saħħa tal-immigranti mhix fi stat ta’ emerġenza.

Madankollu l-Kappillan ta’ Lampedusa, Dun Carmelo la Magra, appella lill-awtoritajiet biex dawn l-immigranti jfittxu jitniżżlu.

Dun Carmelo la Magra qal “dan hu eżerċizzju bla sens għaliex illum jew għada dawn l-immigranti iridu jitniżżlu minn fuq il-vapur, allura kull jum żejjed qisu estensjoni ta’ tortura.”

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Mara li tilfet parti minn sieqha wara li ntlaqtet b’taxi fi New York, għamlet sieq prostetika minn basket ta’ Louis Vuitton. Sian Green-Lord, Brittanika minn Leicester, kienet miexja ma’ ħabibta…

Barranin

Mument kemmxejn imbarazzanti għall-plejers ta’ Juventus Cristiano Ronaldo u Paulo Dybala, li spiċċaw taw esebizzjoni ta’ mħabba ikbar milli kienu qed jimmiraw għaliha. F’mument ta’ ewforija hekk kif skurjaw gowl…

Barranin

Il-kumpanija tal-iktar xarba popolari fid-dinja, l-Coca-Cola, ikkommettiet ruħha li ma tiqafx tuża l-fliexken tal-plastik, minħabba li fi kliemha, l-konsumaturi jippreferu fliexken tal-plastik. Qalet li dan minħabba li flixkun ikun jista’…

Barranin

Is-Senat Amerikan approva r-regoli tal-ġuri fl-impeachment tal-President Donald Trump, li qed jiffaċċja akkużi li jistgħu jwassluh biex jitneħħa mill-poter. Trump qed ikun akkużat li abbuża mill-poteri tiegħu biex jikseb vantaġġ…

Aktar