Barranin
Jitolbuh kumpens ta’ eluf ta’ ewro, Salvini jweġibhom li “ħaqqhom biss ċikkulatina”

Uħud mill-immigranti li kienu abbord id-dgħajsa Diciotti qed ifittxu għad-danni lill-Gvern Taljan talli baqgħu bejn sema u ilma għal diversi jiem jistennew l-eżitu tal-kwistjoni li nqalgħet fis-Sajf li għadda.

41 immigrant, fosthom minuri, qed jitolbu lill-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte u lid-Deputat Prim Ministru u Ministru tal-Intern Matteo Salvini biex jagħtuhom kumpens ta’ bejn €42,000 u €71,000.

Ir-rikors fil-Qorti ta’ Ruma kien ippreżentat minn ditta tal-avukati f’isem l-immigranti li jidher li ġħenet lill-immigranti biex ikunu jistgħu jiftħu kawża wkoll fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fi Strasbourg.

Malli sar jaf bil-kawża, Salvini rreaġixxa mill-ewwel u qal lill-immigranti biex ma jgħaddux lit-Taljani biż-żmien meta ra li 16 minnhom twieldu fl-1 ta’ Jannar. Żied jgħid li kulma ħaqqhom huwa biss Bacio Perugina (ċikkulatina).

Aħbarijiet Oħra
Barranin

L-attriċi Emilia Clarke, li tinterpreta l-parti tal-prinċipessa Daenerys Targaryen fis-serje televiżiva Game of Thrones, żvelat li kienet f’xifer il-mewt waqt li kienet qed tinġibed is-serje. Clarke, li għad għandha biss…

Barranin

Il-Pulizija Ġermaniża arrestat 10 persuni fuq suspett li kienu qed jikkomplottaw attakk terroristiku. L-arresti saru wara li 200 uffiċjal tal-pulizija għamlu diversi raids f’Hesse u Rhineland-Palatinate. L-irġiel kienu qed jikkomplottaw biex…

Barranin

L-investigatur Robert Mueller li tħarreġ l-konessjonijiet u l-allegat influwenza li r-Russja kellha fuq l-eżitu tal-elezzjonijiet presidenzjali tal-2016, ikkonkluda r-rapport kunfidenzjali u ppreżentah lill-avukat ġenerali William Barr. Ir-rapport li jtemm investigazzjoni…

Barranin

Iżjed minn 5,000 ruħ attendew il-funeral u ċ-ċerimonja ta’ tifkira li saru fiċ-ċimiterju ta’ Memorial Park fi New Zealand għall-vittmi li nqatlu brutalment fl-attakk li twettaq fuq żewġ moskej fi…

Aktar