Infrastruttura
Jitpoġġa l-aħħar travu tal-azzar tat-tieni flyover tal-Marsa

Il-Ministru għall-Infrastruttura Ian Borg ħabbar li llum tpoġġa l-aħħar travu tal-azzar tat-tieni flyover tal-proġett fil-Marsa.

Fuq Facebook, il-Ministru Borg qal li bħalissa għaddejjin bl-aħħar xogħlijiet sabiex fi ftit ġimgħat oħra tibda tintuża din l-infrastruttura ġdida fir-rotta ewlenija minn u lejn in-naħa t’isfel ta’ Malta.

Ftit tal-jiem ilu Infrastructure Malta qalet li aktar minn terz tal-proġett tal-junction il-ġdida tal-Marsa huwa lest. Il-Kap Eżekuttiv ta’ Infrastructure Malta, l-Inġinier Fredrick Azzopardi, kien qal lil Television Malta li sal-aħħar ta’ Settembru se jinfetħu l-ewwel żewġ flyovers li minn Triq Garibaldi jagħtu għal Triq Aldo Moro.

Ara wkoll:

F’Settembru se jinfetħu l-ewwel żewġ flyovers tal-Marsa