Barranin
Jitpoġġew għall-ewwel darba fuq lista internazzjonali ta’ sanzjonijiet

Il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda impona sanzjonijiet fuq sitt mexxejja ta’ networks li joperaw fil-Libja fit-traffikar tal-persuni. Din hija l-ewwel darba li traffikanti tal-persuni tpoġġew fuq il-lista internazzjonali ta’ sanzjonijiet.

Dawn huma erba’ Libjani, fosthom il-Kap tal-gwardja tal-kosta reġjonali u żewġ Eritrej. Traffikanti ħadu vantaġġ min-nuqqas ta’ sigurtà fil-Libja u ttraffikaw mijiet ta’ eluf ta’ immigranti bil-baħar lejn l-Ewropa. Ħafna immigranti jinsabu maqbudin f’ċentri ta’ detenzjoni u msawta mit-traffikanti.

Is-sanzjonijiet li jinkludu, projbizzjoni globali ta’ ivvjaġġar u ffriżar tal-assi, kienu riżultat ta’ proposta Olandiża appoġġjata internazzjonalment.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Zac Oliver, tifel Ingliż ta’ 4 snin minn Broseley, Shropshire, ibati minn kanċer rari li jista’ jiġi kkurat biss fl-Amerka. Il-familja ta’ Zac għamlu diversi kampanji għall-ġbir ta’ fondi biex…

Brexit

Il-Prim Ministru Ingliża Theresa May qalet li hemm xogħol iebes biex jingħelbu d-differenzi kbar li hemm mal-Unjoni Ewropea dwar il-fruntiera tal-Irlanda bit-tama li jintlaħaq ftehim għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea….

Kurżitajiet

Tivjaġġa kemm tivjaġġa, ħafna drabi pajjiż jimpressjonak mhux bil-postijiet storiċi, it-tradizzjonijiet u l-kultura, iżda wkoll bl-ikel li tiekol fit-tali pajjiż. Imma liema huwa l-itjeb platt?  Fejn tista’ ssibu?  Skont is-CNN,…

Ċina

Ċiniż spiċċa arrestat wara li qarraq b’familtu li taparsi miet. Mal-aħbar martu qatlet lilha nnifisha u lill-uliedha. Ir-raġel ta’ 34 sena kien maħsub mejjet wara li l-karozza nstabet fi xmara…

Aktar