Infrastruttura
AĠĠORNAT: Jitpoġġew l-ewwel strutturi tal-pont pedonali fil-Blata l-Bajda

Mal-lejl li għadda beda jifforma ruħu l-pont pedonali fi Blata l-Bajda li n-nies jistgħu jużaw biex jaqsmu bejn il-Ħamrun, il-Marsa u l-Furjana.

Infrastructure Malta għadha kemm poġġiet f’posthom l-ewwel żewġ strutturi tal-ħadid li se jiffurmaw il-gverta ta’ 105 metri tal-pont.

Għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħaxija, il-kuntratturi tal-aġenzija bdew iġorru dawn l-istrutturi minn ġo maħżen fejn kienet il-Malta Shipbuilding fil-Marsa lejn is-sit tal-proġett. Ix-xogħol baqa’ għaddej mal-lejl u kompla dalgħodu sakemm l-istrutturi jkunu mwaħħlin b’mod sigur f’posthom fuq il-pilastri tal-konkos ta’ dan il-pont.

Il-Perit Albert Spiteri qal lil TVM li l-istruttura se jkollha rampi baxxi biex iċ-ċiklisti u dawk li jivvjaġġaw bil-mixi jaqsmu min-naħa ta’ Triq il-Kbira San Ġużepp, il-Ħamrun lejn in-naħa l-oħra tat-triq fil-Marsa jew bil-kontra. Il-pont se ikollu liftijiet u turġien biex ikun aċċessibbli għal kulħadd. “Se jkun aċċessibbli għal persuni b’diżabilita u għar-roti, l-għan tal-bridge passaġġ iktar sikur.”

Il-Perit Spiteri qal li ix-xogħol tal-ħadid inħadem xhur f’maħżen fejn kien hemm il-Malta Shipbuilding. Fl-istess waqt, fuq is-sit tal-proġett bdew ukoll ix-xogħlijiet biex 21 pilastru tal-konkos u l-azzar jitniżżlu diversi sulari taħt l-art biex iservu ta’ pedamenti għall-istruttura tal-pont.

“Kull parti twila 23 metru, tiżen 16 tunellata, fil-ġimgħat se nqegħdu l-aħħar tlett partijiet, bħala operazzjoni simili għal dak li għamilna issa,” spjega l-Perit Spiteri.

Infrastructure Malta qalet din is-sena se tkun għaddejja bi proġetti simili għal aċċess aħjar bil-mixi jew ir-roti, bil-bini ta’ aktar pontijiet pedonali f’Ħal Luqa u f’Raħal Ġdid, kif ukoll bl-immodernizzar tas-subway ta’ ħdejn Bieb il-Bombi.

Aħbarijiet Oħra
Pulizija

Il-Korp tal-Pulizija qal li mindu bdiet l-investigazzjoni fis-Sezzjoni tat-Traffiku, 34 uffiċjali jinsabu fuq police bail. Minn dawn, 28 huma sospiżi u qegħdin fuq police bail, 6 rtiraw bil-pensjoni u qegħdin…

Lokali

Il-koppja Marvic u Donovan Scerri qed jippjanaw li jmorru Spanja biex jagħmlu l-proċedura tal-IVF f’dan il-pajjiż li jippermetti li jsir test ġenetiku tal-embrijun qabel ikun impjantat fil-ġuf tal-omm biex ikun…

Lokali

Il-Federazzjoni tal-Produtturi tal-Akwakultura qed tipproponi 20 miżura biex jissaħħaħ il-monitoraġġ u l-kontrolli fl-industrija tat-tonn kemm fuq il-baħar kif ukoll fuq l-art. Il-Federazzjoni tal-Produtturi tal-Akwakultura qed issejjaħ għal miżuri ta’ kontroll…

Saħħa

L-għaqda Dinija tas-saħħa wissiet li l-virus jista’ jasal fil-pajjiżi kollha tad-dinja. Is-Supretendent tas-saħħa Pubblika Charmaine Gauci qalet li waqt li żidedu l-ammont ta’ swabs li ttieħdu fl-aħħar sigħat ta’ nies…

Aktar