Lokali
Jitpoġġew rinforzi biex ma tisfrondax parti mill-Berġa tal-Italja

Heritage Malta użat għall-ewwel darba sistema ta’ tisħiħ u rinfurzar strutturali biex ikun evitat kollass parzjali tas-sala prinċipali tal-Berġa tal-Italja, li iktar tard din is-sena tkun lesta biex jiżżanżan il-MUŻA – il-mużew nazzjonali tal-arti. Din it-teknoloġija ġiet żviluppata fl-Italja u ntużat f’siti storiċi li kienu maħsusa wara li kienu mheżża mit-terremoti.

Mibnija fis-seklu 16, il-Berġa tal-Italja, għaddiet mhux biss minn diversi interventi strutturali imma ġarrbet anke ħsarat li jagħmluha iktar vulnerabbli biex partijiet minnha jiġġarfu. L-uġigħ ta’ ras ewlieni għar-restawraturi li qed jibdlu din il-berġa fil-mużew nazzjonali tal-arti l-MUŻA – huwa kif is-sala ewlenija, jew aħjar il-Camerone, tibqa b’ħitan sodi. Il-ħitan ta’ din is-sala mpressjonanti għandhom ħxuna ta’ iktar minn metru, u l-isfida li preżentaw kienet kif ir-restawraturi se jħottu mill-inqas u fl-istess ħin isaħħu l-ħitan biex il-binja tkompli titgawda mingħajr biża’ ta’ kollass.

Għalhekk, minflok li ħattew u bnew partijiet ta’ din is-sala enormi, Heritage Malta użat teknoloġiji innovattivi biex l-interventi saru l-inqas interventi possibbli waqt li jkun protett it-tessut oriġinali tal-bini. Jgħinuhom kien hemm esperti Taljani li ntroduċew din is-sengħa li biha Heritage Malta tista’ tissalvagwardja bini storiku ieħor li jkollu bżonn restawr.

Il-Perit Kevin Abela, perit ma’ Heritage Malta qal li s-sensittività tal-bini tal-berġa tal-Italja wasslet għal analiżi dettaljata tas-soluzzjonijiet kollha possibbli li nkludew l-investigazzjoni ta’ mezzi ġodda u li qatt ma ġew ittestjati qabel.

Kevin Abela qal li “u użajna sistema ta’ ċinturini li nbnew min nies ta’ Heritage Malta fuq struzzjoni tal-esperti Taljani, fejn l-idea kienet li norbtu l-ħajt, f’dal-każ qed nitkellmu fuq ħajt, għaliex hemm issues ukoll fuq ħnejjiet kbar, problemi li ilhom ġejjin għexieren ta’ snin. Is-sistema wriet li kellna riżultati sodisfaċenti u dawn l-interventi nistgħu nużawhom f’xogħlijiet oħra f’bini b’konkos antik.”

Il-MUŻA huwa meqjus bħala wieħed mill-iktar proġetti ambizzjużi li se jiġi inawgurat fis-sena li fiha l-belt Valletta qed tiċċelebra t-titlu tal-kapitali Ewropea tal-kultura, u qed isir b’investiment ta’ madwar għaxar miljun ewro minn fondi Ewropej.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Michael Claude Nussbaum ammetta li kien qed iġorr arma tan-nar u munizzjon mingħajr liċenzja. Huwa ġie arrestat fl-Ajruport wara li nqabad b’pistola fil-bagalja tiegħu qabel ma qabad it-titjira lejn Franza….

Qorti

Amerikan u Messikan li ġew Malta biex jattendu għal tieġ ta’ seħibhom tilfu l-festin wara li ġew arrestati f’San Ġiljan. Eric Arata u Fernandez ġew akkużati li kisru l-paċi pubblika…

Lokali

Ajruplan tal-merkanzija tal-kumpannija DHL ta’ battikata lil madwar 400 ruħ li ngħaqdu flimkien biex jiġbdu dan l-ajruplan b’risq Puttinu Cares. Din l-attività daħlet fir-raba’ sena tagħha, u kull sena ssir…

Infrastruttura

Il-bajja tal-Balluta ngħalqet temporanjament sakemm isir il-monitoraġġ meħtieġ wara li l-maltemp u x-xita fl-aħħar jiem ferqet ir-ramel u dan spiċċa lura fil-baħar. Fi stqarrija l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu qalet li flimkien…

Aktar