Lokali
Jitqassmu 25,000 siringa inqas miċ-Ċentri tas-Saħħa fl-aħħar tliet snin

Fl-aħħar tliet snin kien hemm tnaqqis fl-ammont ta’ siringi li tqassmu miċ-Ċentri tas-Saħħa.

Jirriżulta li filwaqt li fl-2015 tqassmu 340,644 siringa, is-sena ta’ wara tqassmu 333,135 siringa, filwaqt li s-sena li għaddiet tqassmu 315,541 siringa.  Dan ifisser tnaqqis ta’ 25,103 jew kważi 7% bejn l-2015 u l-2017.

L-istatistika ngħatat fil-Parlament mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne wara mistoqsija parlamentari li saret mid-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi.