Saħħa
Jitqassmu l-istikek tad-dijabete lill-pazjenti kollha

Persuni li jbatu mill-marda tad-dijabete u li huma reġistrati fl-iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek (POYC) ma’ spiżeriji fil-lokalità ta’ Birkirkara fil-jiem li għaddew bdew jaslulhom l-ittri li jintitolawhom għall-ġbir ta’ stikek tad-dijabete mill-istess spiżeriji. B’hekk tlesta l-proċess ta’ din il-forma ta’ tqassim u issa kull persuna f’Malta u f’Għawdex li tbati mill-marda tad-dijabete u li tieħu mediċina biex tikkontrolla din il-kundizzjoni għandha din il-faċilità,.

Fi stqarrija maħruġa mill-Ministeru għas-Saħħa ntqal li hu kkalkulat li ta’ kull sena se jitqassmu madwar 18-il miljun stikka lil madwar 30,000 persuna dijabetika bi spiża ta’ madwar miljun ewro. Il-proġett kien beda fis-sena 2016 fejn l-ewwel li bdew jingħataw stikek tad-dijabete b’xejn kienu t-tfal. Wara, gradwalment, żdiedu d-dijabetiċi tat-Tip 1 kollha u wara d-dijabetiċi tat-Tip 2 li qegħdin fuq l-insulina. Wara dan il-proċess żdiedu d-dijabetiċi tat-Tip 2 li qegħdin fuq il-mediċina orali. Il-pazjenti fuq l-insulina kollha qed jingħataw erba’ stikek kuljum filwaqt li dawk fuq il-mediċina orali jingħataw stikka waħda kuljum.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Il-Pulizija qed jinvestigaw is-sejba ta’ kadavru ta’ mara li kienet ilha mejta 3 xhur. TVM huwa infurmat li l-mara hija Ingliża ta’ 69 sena li nstabet mgħottija bil-kutri fis-sodda fi stat…

Saħħa

Bħalissa f’Malta hawn madwar 7,000 persuna li qed tbati mid-dimenzja, din mistennija titla’ għal 13,000 sas-sena 2050. Fl-ewwel konferenza nazzjonali tad-dimenzja, ġiet diskussa din il-marda, kif tolqot lil ta’ madwarha,…

Lokali

Skont il-Perit Carmel Cacopardo, ir-riżenja ta’ Arnold Cassola mill-Alternattiva Demokratika fuq l-abort hija biss skuża. Intervistat fuq il-programm ta’ Television Malta Ras imb ras, il-Perit Cacopardo qal li hu kien…

Aktar