Barranin
ARA: Jitqatlu biex jieħdu ritratt mal-funtana u jispiċċaw arrestati

Żewġ nisa spiċċaw jitqatlu bejniethom biex jieħdu ritratt mal-monument ikoniku ta’ Fontana di Trevi fil-kapitali Taljana ta’ Ruma.  Magħhom ingħaqdu l-familji rispettivi tagħhom biex b’hekk minn diżgwit saħnet il-qiegħa tant li żvolġiet fi ġlieda.

Kollox beda meta turista Olandiża ta’ 19-il sena u oħra Italo-Amerikana ta’ 44 sena riedu jieħdu selfie minn angolatura partikolari biex iġibu tajjeb lil Fontana di Trevi warajhom.  Ħadd minnhom ma ried iċedi biex jersaq ftit u bdew jgħajru u jinsulentaw lil xulxin.  Mal-ħin, kellhom jissejħu l-Pulizija biex forsi jikkalmaw is-sitwazzjoni, iżda minflok kompliet tagħqad iktar meta ġew fl-idejn u ndaħlu l-familjari.

B’kollox ġew arrestati 8 persuni, fosthom 3 tfajliet taħt l-età – tnejn minnhom Amerikani ta’ 17-il sena u waħda Olandiża ta’ 13-il sena.  It-turisti ġew arrestati fuq vjolenza u theddid.

Ara dan il-filmat li tpoġġa fuq is-siti soċjali ftit wara li seħħet il-ġlieda.

Fontana di trevi #welcometofavelas

Gepostet von Welcome to Favelas am Donnerstag, 9. August 2018

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Telgħu għal 43 il-vittmi tat-traġedja li seħħet f’Genova nhar it-Tlieta meta ġġarrfet parti sostanzjali tal-ponte Morandi. Is-Sibt sar il-funeral statali ta’ 19 minn dawn il-vittmi. TVM tkellem ma’ żagħżugħa minn…

Barranin

Meqjus bħala wieħed mill-iktar diplomatiċi ewlenin fid-dinja u l-ewwel Afrikan ta’ ġilda skura li laħaq Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda, Kofi Annan miet fl-età ta’ 80 sena. Huwa miet l-Iżvizzera wara…

Barranin

Funeral statali illum għal tmintax-il vittma tat-traġedja tat-tiġrif tal-pont Morandi f’Genova it-Tlieta li għadda. Preżenti għall-funeral statali se jkun hemm il-President Taljan Sergio Mattarella u l-Prim Ministru Giuseppe Conte. S’issa…

Barranin

Fl-Istat ta’ Kerala fl-Indja l-għargħar ħalla mill-anqas 324 persuna mejta bl-awtoritajiet jgħidu li dan kien l-agħar għargħar fl-aħħar mitt sena. Il-monsoon fl-Indja jibda minn Ġunju bl-iskwadri ta’ salvataġġ qed jissieltu…

Aktar