Qorti
Jitqiegħdu formalment taħt att ta’ akkuża l-irġiel mixlija bil-qtil ta’ DCG

L-Avukat Ġenerali ressaq formalment l-akkużi kontra t-tliet irġiel li huma mixlija bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia li nqatlet b’karozza bomba fil-Bidnija, sewwasew bħal lum 21 xahar.

L-att ta’ akkuża fil-konfront ta’ Vince Muscat, George Degiorgio u Alfred Degiorgio ġie ppreżentat lill-Qorti u lill-akkużati dalgħodu wara li l-kumpilazzjoni tax-xhieda kontrihom ilha għaddejja minn Diċembru tal-2017. F’dan l-istadju ifisser li hemm biżżejjed provi biex it-tliet irġiel jgħaddu ġuri.

Huma jinsabu akkużati li għamlu bomba u splodew fil-karozza tas-sinjura Caruana Galizia fis-16 October tal-2017. Il-Qorti dejjem ċaħdet it-talbiet tal-avukati difensuri tagħhom għall-ħelsien mill-arrest.

Aħbarijiet Oħra
Konsumatur

L-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur wissiet lill-pubbliku biex ma jikolx il-prodott ‘Ful imqaxxar’ tad-ditta ‘Mill-Kċina taz-Zija’ li jinstab f’pakketti ta’ 450g. Il-lott tal-prodott huwa CA26419 u għandu d-data ta’…

Qorti

L-Avukat Edward Gatt qal li meta tingħata maħfra Presidenzjali, qatt ma jista’ jkun hemm serħan il-moħħ totali, iżda mingħajr maħfra jista’ jkun li qatt ma jkun hemm żblokk biex il-prosekuzzjoni…

Ekonomija u Finanzi

Bejn illum u l-Ħamis qed jitlaqqa’ f’Malta l-forum dinji dwar il-kannabis mediċinali. Illejla indirizza l-forum il-Prim Ministru Joseph Muscat, li ta ħjiel dwar dak li Malta qed tistenni minn din…

Ekonomija u Finanzi

Rudolph Psaila huwa ċ-Chairman il-ġdid ta’ FinanceMalta; entità pubblika-privata ta’ mwaqqfa biex tippromwovi lil Malta bħala ċentru finanzjarju internazzjonali. Il-ħatra tas-Sur Psaila, minflok is-Sur Kenneth Farrugia li kien ilu tmien…

Aktar