Lokali
Jitqiegħdu fuq probation fuq serq ta’ cheque book u firem foloz

Raġel u mara tqiegħdu fuq ordni ta’ probation għal 3 snin wara li nstabu ħatja li serqu cheque book u ffalsifikaw il-firem fuq iċ-ċekkijiet.

Brian Cilia ta’ 44 sena li jgħix Birkirkara u Eva Buttigieg 46 sena residenti x-Xewkija (Għawdex) ġew akkużati li fis-7 ta’ Settembru u fix-xhur ta’ qabel iffalsifikaw il-firem biex użaw xi ċekkijiet f’diversi postijiet.  Buttigieg iffaċċjat akkużi wkoll li serqet iċ-cheque book ta’ Sammy Buttigieg.

L-akkużati ammettew l-akkużi miġjuba kontriehom, bil-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Yana Micallef Stafrace, wissiethom bil-konsegwenzi li setgħu jiffaċċjaw jekk iwieġbu li huma ħatja li wettqu r-reati li kienu mixlija bihom.

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Qorti ddeċidiet li sidien ta’ proprjetà fil-Belt ma kinux ġew malafamati meta fuq il-midja soċjali l-Kunsill Lokali tella’ ritratt tal-faċċata tagħhom u sejħilhom “maħmuġin”. Il-każ seħħ fis-26 ta’ Lulju 2016, meta…

Lokali

Ix-xejra tat-tnaqqis fil-qgħad kompliet f’April. Ċifri ta’ Jobsplus ippubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li r-raba’ xahar tas-sena ntemm b’1,847 persuna jirreġistraw għax-xogħol. Dan jirrappreżenta 107 persuni anqas fuq ix-xahar ta’…

Lokali

Fi stqarrija maħruġa mid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali, il-pubbliku qed jiġi mwissi li dan il-prodott m’għandux jiġi kkunsmat minn persuni allerġiċi għas-sulfati. Dan l-addittiv instab fil-prodott imsemmi mingħajr indikazzjoni fuq it-tikketta. Isem…

Lokali

Fi stqarrija, il-kumpanija tal-betting bet365 ħabbret li se tkompli tespandi u tkabbar il-preżenza tagħha f’Malta filwaqt li żżomm l-uffiċini ewlenin li diġà għandha fil-Ġibiltà. Bet365 diġà għandha liċenzja għal-logħob tal-azzard…

Aktar