Qorti
Jitressaq il-Qorti għat-tieni darba f’xahar mixli b’pussess, importazzjoni u li ssieħeb fi traffikar ta’ droga

Justin Dimech ta’ 29 sena mill-Gżira tressaq il-Qorti akkużat li importa d-droga kannabis u ssieħeb ma’ persuni biex jitraffika d-droga.

Hu ġie akkużat ukoll li kien fil-pussess tad-droga kannabis f’ċirkustanzi li juru li ma kinetx għall-użu esklussiv tiegħu u li sar riċediv. L-akkużat, li fil-Qorti qal li ma jaħdimx, wieġeb mhux ħati. Il-Qorti ordnat li jibqa’ jinżamm taħt arrest preventiv.

Aktar kmieni dan ix-xahar, l-istess żagħżugħ ġie mixli b’attentat ta’ qtil meta ta n-nar lil appartament u darab ħafif raġel li kien hemm ġewwa. Dimech kien iffaċċja wkoll akkużi dwar traffikar tad-droga.