Kronaka
Se jitressaq il-Qorti mixli b’evażjoni ta’ aktar minn €251,000 dazju, sisa u VAT

Id-Dwana qalet li l-qabda ta’ miljun sigarett bil-kutrabandu li saret ilbieraħ f’San Pawl il-Baħar kellha valur fis-suq ta’ aktar minn €81,500.

Fi stqarrija ntqal li raġel ta’ 29 sena minn Ħal Qormi li qed jinżamm arrestat b’rabta ma’ din il-qabda se jitressaq il-Qorti mixli fost l-oħrajn b’evażjoni ta’ kwart ta’ miljun ewro f’dazju, sisa u VAT.

Ir-raġel inqabad qed jgħabbi f’vann aktar minn mitt kaxxa mimlija bis-sigaretti tal-kutrabandu. Is-sigaretti kienu qed jinħattu minn fuq powerboat fiż-żona tal-Veċċja f’San Pawl il-Baħar. Il-powerboat laħqet ħarbet waqt li s-sigaretti u l-vann ġew maqbuda.

Ara wkoll:

ESKLUSSIVA: Id-Dwana u l-Pulizija jaqbdu mat-800,000 sigarett bil-kuntrabandu minn fuq il-baħar