Qorti
Jitressaq il-Qorti mixli b’sensiela ta’ serqiet minn ħwienet

Matthew Camilleri ta’ 34 sena mill-Gżira ġie mixli b’serq aggravat fil-jiem li għaddew ta’ flus minn ħwienet tal-ħelu u tal-bżonnijiet ta’ kuljum f’Santa Venera, Ħal Balzan u Birkirkara.

Hu ġei mixli wkoll b’attentat ta’ serq minn ħwienet oħra, li rreżista bi vjolenza l-arrest, li hu riċediv u li kiser ordni ta’ probation u l-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest.

Hu wieġeb li mhux ħati u nżamm arrestat. Ir-raġel tressaq il-qorti meta qiegħed jistenna sentenza ta’ appell dwar kundanna ta’ sitt snin ħabs.