Qorti
AĠĠORNAT: Jinżamm arrestat wara li kien mixli bi qtil ta’ raġel b’daqqiet ta’ mqass f’għonqu

Żagħżugħ ta’ 23 sena mis-Somalja ġie mixli fil-qorti li tard nhar il-Ġimgħa filgħaxija qatel Sudaniż ta’ 25 sena b’daqqiet ta’ mqass f’għonqu. Id-delitt sar fil-ġenb ta’ Triq Diċembru Tlettax, fil-Marsa. Kinaan Abdinasir Noor, wieġeb li mhux ħati tal-akkużi. Apparti li kkaġuna l-mewt ta’ persuna oħra, hu ġie mixli li kellu arma rregolari u mingħajr liċenzja tal-pulizija.

Mill-Qorti ħareġ li l-vittma hu Bakry Bashir Alnur. Għall-ewwel il-Pulizija kienu qalu li l-mejjet hu mill-Eritrea, skont kif kien irreġistra ruħu meta wasal f’Malta. Madankollu sorsi qalu lil Television Malta li sħabu dentifikawh li hu mis-Sudan.

Fil-Qorti l-Ispetturi James Grech u Wayne Camilleri qalu li l-pulizija arrestat lill-akkuzat wara li identifikah xhud li ra d-delitt iseħħ.

F’dan l-istadju, ma saritx talba għall-ħelsien mill-arrest u l-akkużat baqa’ miżmum arrestat.

Sorsi qrib l-investigazzjonijiet qalu lil Television Malta li s-Somalu kien ma’ żewġ persuni oħra meta attakkaw lis-Sudaniż. Il-Pulizija għadha qed tfittixhom biex tressaqhom il-Qorti u tixlihom bid-delitt ukoll. L-istess sorsi qalu li jidher li s-Sudaniż ġie attakkat u misruq minn tliet persuni. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Ilbieraħ, il-President George Vella ħalla Malta għall-Polonja biex ikun jista’ jattendi għall-kommemorazzjoni ta’ meta l-kamp tal-konċentrament ta’ Auschwitz-Birkenau nħeles minn taħt in-Nażisti. Dan hekk kif illum jaħbat il-75 sena mindu seħħ…

Kronaka

Raġel jinsab bi ġrieħi gravi wara argument fiż-Żebbuġ, Għawdex. L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta ta’ 23:50hrs fi Triq il-Port, fiż-Żebbuġ. L-argument seħħ bejn żewġ persuni; raġel barrani ta’ 39 sena residenti Ħaż…

Immigrazzjoni

Il-Forzi Armati ta’ Malta salvaw 47 immigrant li sabu ruħhom f’diffikultà. Fi stqarrija ntqal li l-operazzjoni ta’ salvtaġġ seħħet ilbieraħ filgħodu bl-immigranti ddaħħlu Malta abbord lanċa tal-Forzi Armati, f’Xatt it-Tiben…

Aktar