Qorti
Jitressaq protest ġudizzjarju kontra d-direttivi tal-MUT u l-UPE
F’isem għadd ta’ ġenituri, edukaturi u ħaddiema, l-Avukat Dr Andre Borg ressaq illum quddiem il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili, protest ġudizzjarju kontra l-aħħar direttivi tal-MUT u l-UPE.
Il-protest ġudizzjarju qed jitressaq abbażi tad-dewmien fil-ftuħ tal-iskejjel kawża tal-azzjonijiet kollaterali tal-unions. F’dan jissemma’ wkoll kif id-dewmien fil-ftuħ tal-iskejjel kien għad-detriment tal-istudenti, ġenituri, edukaturi u l-pubbliku in ġenerali.

Intqal ukoll li kemm l-MUT kif ukoll il-UPE qegħdin jirrikorru għal azzjonijiet industrijali u direttivi fil-konfront tal-Gvern u fl-istituzzjonijiet edukattivi għal skopijiet ulterjuri u mhux għall-benefiċċju tal-membri tagħha jew is-sistema edukattiva.

Għalhekk, qed jintalab biex iż-żewġ unions ipoġġu l-interess tal-pubbliku in ġenerali qabel kollox b’effett immedjat.