Qorti
Jitressqu 2 irġiel u mara b’rabta ma’ traffikar ta’ droga u ċirkolazzjoni ta’ flus foloz

B’rabta mad-diversi rejds li saru f’residenzi fil-Madliena u f’San Pawl il-Baħar, ġew arrestati raġel ta’ 29 sena residenti l-Qawra u ieħor ta’ 66 sena bla residenza fissa flimkien ma’ tfajla ta’ 30 sena residenti f’Bormla.

Fit-tfittxijiet, instabu ammonti tad-droga tal-kannabis, kokaina, imwieżen elettroniċi, flus foloz u arma tan-nar mhux liċenzjata.

Mill-investigazzjonijiet jidher li l-ġuvni ta’ 29 sena kien il-moħħ wara t-traffikar tad-droga eroina u kokaina f’diversi lokalitajiet.

Ir-raġel ta’ 66 sena u t-tfajla ta’ 30 sena mistennija jitressqu b’arrest illum quddiem il-Maġistrat tal-Għassa C. Galea.

Il-ġuvni ta’ 29 sena qed jiġi akkużat bi traffikar u pussess tad-droga kokaina, eroina u l-kannabis, li kkaġuna feriti gravi fuq terzi persuni, li kellu fil-pussess tiegħu arma tan-nar u li qiegħed fiċ-ċirkolazzjoni flus foloz. Il-ġuvni qed jiġi akkużat ukoll li kiser il-kundizzjonijiet ta’ libertà proviżorja.

Ara wkoll:

ESKLUSSIVA: 3 Maltin arrestati u tfittxija f’residenza b’rabta mar-rejds riċenti tad-droga

Aħbarijiet Oħra
Droga

Uffiċjali tad-Dwana rnexxielhom isibu kwantita’ kbira ta’ droga kokaina. Is-sejba saret dalgħodu f’4 kontejners waqt ħidma li saret mid-Dwana fil-Port Ħieles. Fi stqarrija, id-Dwana qalet li wara li ġew skenjati…

Saħħa

Huma fost l-aktar annimali li l-bniedem jistkerraħ u possibilment bl-akbar appoġġ li jigu vvalenati. Dawn huma l-ġrieden u l-firien li hu pruvat li jistgħu jkunu ta’ theddida għas-saħħa pubbliku għax…

Internet

Bosta mis-siti elettroniċi tal-Gvern għad m’għandhomx verżjoni bil-Malti jew m’għandhomx l-informazzjoni kollha bil-Malti wkoll. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti qajjem dan il-punt mal-awtoritajiet iżda s-sitwazzjonijiet ma nbidlitx. Għalkemm l-ilsien Malti hu…

Infrastruttura

Sittin fil-mija tal-ilma li jasal fid-djar tal-Maltin ġej mill-impjanti ta’ desalinizzazzjoni. F’intervista ma’ TVM, il-Kap Eżekuttiv tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, Richard Bilocca spjega li l-pjan tal-korporazzjoni hu li dan jiżdied biex…

Aktar